+Artikolu 61 3
|
Artikolu 61 3
3. Għall-finijiet tal-kalkolu tat-trattamenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
|
(a)
|
tinjora kwalunkwe dispożizzjoni ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali jew kwalunkwe assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta’ imgħax mhux standard;
|
|
(b)
|
tkun ibbażata fuq it-telf li kien ikun realistikament mġarrab mill-membri tal-ikklirjar u minn kredituri oħra, li kieku s-CCP kienet ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza, wara l-applikazzjoni sħiħa tal-obbligi kuntrattwali applikabbli u arranġamenti oħra fir-regoli operattivi tagħha;
|
|
(c)
|
tqis stima kummerċjalment raġonevoli tal-ispejjeż ta’ sostituzzjoni diretti, inkluż kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ta’ marġini, imġarrba mill-membri tal-ikklirjar biex jerġgħu jiftħu fi żmien perijodu xieraq il-pożizzjonijiet netti komparabbli tagħhom fis-suq billi jiġu kkunsidrati kondizzjonijiet tas-suq effettivi, inkluż il-profondità tas-suq u l-kapaċità tas-suq li jagħmel tranżazzjonijiet skont il-volum rilevanti tat-tali pożizzjonijiet netti f’dak il-perijodu; u
|
|
(d)
|
tkun ibbażata fuq il-metodoloġija tal-ipprezzar tal-istess CCP sakemm it-tali metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezz ma tirriflettix il-kondizzjonijiet effettivi tas-suq.
|
It-tul tal-perijodu msemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu jirrifletti l-implikazzjonijiet tal-liġi tal-insolvenza applikabbli u l-karatteristiċi tal-pożizzjonijiet netti rilevanti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|