+Artikolu 61 Valutazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”
---+Artikolu 61 1
---+Artikolu 61 2
---+Artikolu 61 3
---+Artikolu 61 4
---+Artikolu 61 5
|
Artikolu 61 Valutazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 1
|
1. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” kif stipulat fl-Artikolu 60, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li titwettaq valwazzjoni minn persuna indipendenti mill-aktar fis possibbli wara li tkun seħħet l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 61 2
|
2. Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
|
(a)
|
it-trattament li l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħra kienu jirċievu kieku l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP fiż-żmien meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni qieset li l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22(1) ġew issodisfati u li kieku s-CCP kienet ġiet minflok stralċjata skont il-proċeduri normali ta’ insolvenza, wara l-applikazzjoni sħiħa tal-obbligi kuntrattwali applikabbli u arranġamenti oħra fir-regoli operattivi tagħha;
|
|
(b)
|
it-trattament proprju li rċevew l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħra matul il-kors tar-riżoluzzjoni tas-CCP;
|
|
(c)
|
jekk hemmx xi differenza bejn it-trattament imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u t-trattament imsemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu.
|
|
|
Artikolu 61 3
|
3. Għall-finijiet tal-kalkolu tat-trattamenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
|
(a)
|
tinjora kwalunkwe dispożizzjoni ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali jew kwalunkwe assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta’ imgħax mhux standard;
|
|
(b)
|
tkun ibbażata fuq it-telf li kien ikun realistikament mġarrab mill-membri tal-ikklirjar u minn kredituri oħra, li kieku s-CCP kienet ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza, wara l-applikazzjoni sħiħa tal-obbligi kuntrattwali applikabbli u arranġamenti oħra fir-regoli operattivi tagħha;
|
|
(c)
|
tqis stima kummerċjalment raġonevoli tal-ispejjeż ta’ sostituzzjoni diretti, inkluż kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ta’ marġini, imġarrba mill-membri tal-ikklirjar biex jerġgħu jiftħu fi żmien perijodu xieraq il-pożizzjonijiet netti komparabbli tagħhom fis-suq billi jiġu kkunsidrati kondizzjonijiet tas-suq effettivi, inkluż il-profondità tas-suq u l-kapaċità tas-suq li jagħmel tranżazzjonijiet skont il-volum rilevanti tat-tali pożizzjonijiet netti f’dak il-perijodu; u
|
|
(d)
|
tkun ibbażata fuq il-metodoloġija tal-ipprezzar tal-istess CCP sakemm it-tali metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezz ma tirriflettix il-kondizzjonijiet effettivi tas-suq.
|
It-tul tal-perijodu msemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu jirrifletti l-implikazzjonijiet tal-liġi tal-insolvenza applikabbli u l-karatteristiċi tal-pożizzjonijiet netti rilevanti.
|
|
Artikolu 61 4
|
4. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun distinta mill-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3).
|
|
Artikolu 61 5
|
5. L-ESMA, filwaqt li tqis l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati skont l-Artikoli 49(5) u 74(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu inkluż il-kalkolu tat-telf wara l-likwidazzjoni li tirriżulta mill-ispejjeż imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu kieku s-CCP kienet ġiet stralċjata taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza, wara l-applika sħiħa tal-obbligi kuntrattwali applikabbli u arranġamenti oħra fir-regoli operattivi tagħha.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|