2. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe notifika li tirċievi skont il-paragrafu 1 u bi kwalunkwe miżura ta’ rkupru jew miżuri oħrajn f’konformità mat-Titolu IV li l-awtorità kompetenti titlob lis-CCP sabiex tieħu.
L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 b’rabta ma’ CCP u bi kwalunkwe notifika li tirċievi f’konformità mal-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament.