6. Fejn ikun meħtieġ li jiġu protetti l-interessi ta’ partijiet terzi li jaġixxu in bona fide u li akkwistaw strumenti ta’ sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet ta’ CCP taħt riżoluzzjoni permezz ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni, l-annullament ta’ deċiżjoni ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandux jaffettwa kwalunkwe tranżazzjonijiet jew atti amministrattivi sussegwenti konklużi mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata li kienu bbażati fuq id-deċiżjoni annullata.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-rimedji disponibbli għall-applikant meta tiġi annullata deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għal kumpens għat-telf imġarrab bħala riżultat ta’ dik id-deċiżjoni.