+Artikolu 74 Approvazzjoni ġudizzjarjaex anteu drittijiet tal-appell
---+Artikolu 74 1
---+Artikolu 74 2
---+Artikolu 74 3
---+Artikolu 74 4
---+Artikolu 74 5
---+Artikolu 74 6

Artikolu 74 Approvazzjoni ġudizzjarjaex anteu drittijiet tal-appell

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 74 1

1.   Deċiżjoni li tittieħed miżura għall-prevenzjoni tal-kriżijiet jew azzjoni ta’ riżoluzzjoni tista’ tkun soġġetta għal approvazzjoni ġudizzjarja ex ante fejn previst fil-liġi nazzjonali, fejn il-proċedura relatata ma’ dik l-approvazzjoni u l-kunsiderazzjoni tal-qorti ssir b’ħeffa.

Artikolu 74 2

2.   Il-persuni affettwati minn deċiżjoni li tittieħed miżura għall-prevenzjoni tal-kriżijiet jew deċiżjoni li tiġi eżerċitata kwalunkwe setgħa, għajr azzjoni ta’ riżoluzzjoni, għandhom ikollhom id-dritt tal-appell kontra dik id-deċiżjoni.

Artikolu 74 3

3.   Il-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom id-dritt ta’ appell kontra dik id-deċiżjoni.

Artikolu 74 4

4.   Id-dritt ta’ appell imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-preżentazzjoni ta’ appell ma għandux jinvolvi xi sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata;

(b)

id-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tkun infurzabbli minnufih u għandha tagħti lok għal suppożizzjoni konfutabbli li s-sospensjoni tal-infurzar tagħha tkun kontra l-interess pubbliku; u

(c)

il-proċedura relatata mal-appell għandha ssir b’ħeffa.

Artikolu 74 5

5.   Il-qorti għandha tuża l-valutazzjonijiet ekonomiċi tal-fatti mwettqa mill-awtorità tar-riżoluzzjoni bħala bażi għall-valutazzjoni tagħha stess.

Artikolu 74 6

6.   Fejn ikun meħtieġ li jiġu protetti l-interessi ta’ partijiet terzi li jaġixxu in bona fide u li akkwistaw strumenti ta’ sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet ta’ CCP taħt riżoluzzjoni permezz ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni, l-annullament ta’ deċiżjoni ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandux jaffettwa kwalunkwe tranżazzjonijiet jew atti amministrattivi sussegwenti konklużi mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata li kienu bbażati fuq id-deċiżjoni annullata.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-rimedji disponibbli għall-applikant meta tiġi annullata deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għal kumpens għat-telf imġarrab bħala riżultat ta’ dik id-deċiżjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.