2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 japplikaw għal CCPs, u membri tal-ikklirjar skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament, fil-każ ta’ ksur, il-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra msemmija f’dak il-paragrafu jistgħu jiġu applikati, soġġett għal kondizzjonijiet stipulati fil-liġi nazzjonali, lill-bord u lill-maniġment superjuri tas-CCPs u tal-membri tal-ikklirjar u lil persuni fiżiċi oħra li skont il-liġi nazzjonali huma responsabbli għall-ksur.