4. Sat-12 ta’ Awwissu 2022, l-ESMA għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra mill-Istati Membri fuq bażi anonima kif previst taħt paragrafu 2 u partikularment jekk kien hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f’dak ir-rigward. Dak ir-rapport għandu jindirizza wkoll kwalunkwe diverġenza sinifikattiva matul il-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri għall-pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra.