+Artikolu 83 Pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra
---+Artikolu 83 1
---+Artikolu 83 2
---+Artikolu 83 3
---+Artikolu 83 4
|
Artikolu 83 Pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 83 1
|
1. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom kwalunkwe penali amministrattiva jew miżura amministrattiva imposta minnhom għal ksur ta’ dan ir-Regolament fejn tali penali jew miżuri ma jkunux ġew soġġetti għal appell jew fejn id-dritt ta’ appell ikun ġie eżawrit. It-tali pubblikazzjoni għandha sseħħ mingħajr dewmien mhux dovut wara li l-persuna fiżika jew ġuridika tiġi infurmata b’dik il-penali jew miżura u għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fir-rigward tagħha tiġi imposta l-penali jew il-miżura.
Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra li dwarhom ikun hemm appell, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblikaw fuq il-websajts uffiċjali tagħhom, informazzjoni dwar l-istatus ta’ dak l-appell u l-eżitu tiegħu.
|
|
Artikolu 83 2
|
2. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali amministrattivi jew il-miżuri amministrattivi l-oħra imposti minnhom fuq bażi anonima, b’mod li jikkonforma mal-liġi nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a)
|
meta l-penali amministrattiva jew il-miżura amministrattiva l-oħra tiġi imposta fuq persuna fiżika u jintwera li l-pubblikazzjoni ta’ data personali hi sproporzjonata minn valutazzjoni a priori obbligatorja tal-proporzjonalità ta’ tali pubblikazzjoni;
|
|
(b)
|
meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali jew proċedimenti li jkunu għadhom għaddejjin;
|
|
(c)
|
meta l-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn dan ikun jista’ jiġi determinat, dannu sproporzjonat lis-CCP jew lill-persuni fiżiċi involuti.
|
Alternattivament, f’dawn il-każijiet, il-pubblikazzjoni tad-data inkwistjoni tista’ tiġi posposta għal perijodu raġonevoli, jekk jista’ jkun previst li r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima jieqfu milli jeżistu f’dak il-perijodu.
|
|
Artikolu 83 3
|
3. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tibqa’ fuq il-websajt uffiċjali tagħhom għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin. Id-data personali li tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fil-websajt uffiċjali tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti għall-perijodu li jkun meħtieġ f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 83 4
|
4. Sat-12 ta’ Awwissu 2022, l-ESMA għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra mill-Istati Membri fuq bażi anonima kif previst taħt paragrafu 2 u partikularment jekk kien hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f’dak ir-rigward. Dak ir-rapport għandu jindirizza wkoll kwalunkwe diverġenza sinifikattiva matul il-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri għall-pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|