|
+Artikolu 87 (2) |
Artikolu 87 (2)jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13a Sostituzzjoni ta’ parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax fi tranżazzjonijiet miruta 1. Il-kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3) jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju li jkollhom fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC ikklirjati mhux ċentralment li jkunu daħlu fihom jew innovati qabel id-data li fiha l-obbligu li jkun hemm proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11(3) jidħol fis-seħħ meta, wara l-11 ta’ Frar 2021, dawk il-kuntratti jiġu innovati għall-iskop uniku li jiġi sostitwit il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li jkunu qed jirreferu għalihom jew għall-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ riżerva fir-rigward ta’ dak il-parametru referenzjarju. 2. It-tranżazzjonijiet li jsiru jew li jiġu innovati qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklirjar skont l-Artikolu 4 li, wara l-11 ta’ Frar 2021, ikunu sussegwentement sostitwiti għall-iskop uniku li jiġi sostitwit il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li jirreferu għalihom jew li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ta’ riżerva fir-rigward ta’ dak il-parametru referenzjarju, m’għandhomx, għal dik ir-raġuni, isiru soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar imsemmi fl-Artikolu 4.”; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|