+Artikolu 91 Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE
---+Artikolu 91 (1)
---+Artikolu 91 (2)

Artikolu 91 Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Id-Direttiva 2007/36/KE hija emendata kif ġej:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 91 (1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax f’każ tal-applikazzjoni ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

(*)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)."

(**)  Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 022, 22.1.2021, p. 1).”;"

Artikolu 91 (2)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-finijiet tad-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament 2021/23 il-laqgħa ġenerali tista’, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa b’mod validu, toħroġ konvokazzjoni għal laqgħa ġenerali, jew timmodifika l-istatuti biex tippreskrivi li konvokazzjoni għal laqgħa ġenerali tinħareġ, b’avviż iqsar minn kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, biex tiddeċiedi dwar żieda kapitali, sakemm dik il-laqgħa ma ssirx fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju mill-konvokazzjoni, li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 27 jew 29 tad-Direttiva 2014/59/UE jew tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2021/23 huma ssodisfati, u li ż-żieda fil-kapital hija meħtieġa biex jiġu evitati l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33 tad-Direttiva 2014/59/UE jew fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/23.”.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.