+Artikolu 96 Rieżami
---+Artikolu 96 2
---+Artikolu 96 (a)
---+Artikolu 96 (b)
---+Artikolu 96 (c)
---+Artikolu 96 3
---+Artikolu 96 4
---+Artikolu 96 5
|
Artikolu 96 Rieżami
Sat-12 ta’ Frar 2024, l-ESMA għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tagħha ta’ persunal u riżorsi minn meta tieħu s-setgħat u d-dmirijiet tagħha taħt dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 96 2
|
Sat-12 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport dwarha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Hija għandha tal-anqas tivvaluta dan li ġej:
|
|
Artikolu 96 (a)
|
l-adegwatezza u s-suffiċjenza tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tkopri t-telf li jirriżulta minn eventi mhux ta’ inadempjenza;
|
|
Artikolu 96 (b)
|
L-ammont ta’ riżorsi proprji tas-CCP li għandu jintuża għall-irkupru u r-riżoluzzjoni u l-mezzi għall-użu tiegħu; u
|
|
Artikolu 96 (c)
|
jekk l-għodod ta’ riżoluzzjoni disponibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni humiex adegwati.
|
|
Artikolu 96 3
|
Fejn xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għal reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 96 4
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 27(7). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari l-ħtieġa għal kwalunkwe emenda ulterjuri fir-rigward tal-applikazzjoni tal-għodda ta’ valutazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni f’każ ta’ riżoluzzjoni tas-CCPs flimkien ma’ għodod oħra ta’ riżoluzzjoni li jirriżultaw f’telf finanzjarju li jiġġarrab mill-membri tal-ikklirjar. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat fejn xieraq minn proposti għar-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 96 5
|
Sat-12 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu u għandha tivvaluta l-effikaċja tal-arranġamenti tal-governanza għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs fl-Unjoni u tippreżenta rapport dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat fejn xieraq minn proposti għal reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|