+Artikolu 1 Definizzjonijiet
---+Artikolu 1 (1)
---+Artikolu 1 (2)
---+Artikolu 1 (3)
---+Artikolu 1 (4)
---+Artikolu 1 (5)
|
Artikolu 1 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 (1)
|
“attivitajiet rilevanti” tfisser attivitajiet rilevanti kif iddefinit fl-Appendiċi A tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1254/2012 (8) (l-Anness relatat mal-IFRS 10);
|
|
Artikolu 1 (2)
|
“mitiganti tar-riskji” tfisser kwalunkwe liġi, regolament, regola jew arranġament kuntrattwali applikabbli li jirrestrinġu l-kapaċità ta’ istituzzjoni li tipprovdi appoġġ finanzjarju lil impriża f’kundizzjonijiet ta’ stress;
|
|
Artikolu 1 (3)
|
“impriżi parteċipanti” tfisser l-impriżi li jikkontrollaw bi sħab kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, jew;
|
|
(b)
|
impriża li ma hijiex istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.
|
|
|
Artikolu 1 (4)
|
“rabtiet kapitali” tfisser is-sjieda, diretta jew indiretta, tal-kapital ta’ impriża, inkluża parteċipazzjoni kif iddefinit fil-punt (35) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
Artikolu 1 (5)
|
“influwenza sinifikanti” tfisser is-setgħa ta’ parteċipazzjoni fid-deċiżjonijiet ta’ politika finanzjarja u operattiva ta’ impriża, meta din l-impriża ma tkunx tikkwalifika bħala sussidjarja kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u ma tkunx ikkontrollata bi sħab kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) jew fil-punt (a) tal-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0676
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|