3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b’mod partikolari, jirrikjedu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet jew tal-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 meta, bħala konsegwenza tar-relazzjonijiet organizzazzjonali u finanzjarji bejn l-istituzzjoni li teżerċita l-influwenza sinifikanti u l-istituzzjonijiet jew l-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati, l-istituzzjoni tkun esposta għall-maġġoranza tar-riskji jew tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-attivitajiet rilevanti ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew l-istituzzjonijiet finanzjarji.