+Artikolu 6 1
|
Artikolu 6 1
1. Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-kompożizzjoni u r-rwol tal-maniġment superjuri u tal-korp maniġerjali kif imsemmi fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni, fid-dokumentazzjoni tagħha tas-sistema ta’ maniġġjar tar-riskji, tiddeskrivix:
|
(i)
|
il-kompożizzjoni, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri;
|
|
(ii)
|
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ kull membru tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri;
|
|
|
(b)
|
jivverifikaw jekk il-maniġment superjuri huwiex magħmul minn membri li jirrappreżentaw l-ogħla livelli ġerarkiċi taħt il-korp maniġerjali, u ddefinixxiex ir-responsabbiltà għall-funzjonament xieraq tal-mudell intern għar-riskju tas-suq;
|
|
(c)
|
jivverifikaw jekk il-kompożizzjoni ta’ kwalunkwe struttura ta’ kumitat intern stabbilita mill-korp maniġerjali insostenn tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu hijiex adegwata, kif meħtieġ mill-paragrafu 2;
|
|
(d)
|
jivverifikaw jekk ir-rwol tal-maniġment superjuri jkunx adegwat, kif meħtieġ mill-paragrafu 3;
|
|
(e)
|
jivverifikaw jekk ir-rwol tal-korp maniġerjali, u tal-kumitati li jikkostitwixxu l-istruttura tal-kumitat intern imsemmija fil-punt (c), humiex adegwati, kif meħtieġ mill-paragrafu 4.
|
Meta korp maniġerjali ta’ istituzzjoni jiddelega kwalunkwe wieħed mill-kompiti tiegħu lil kumitat intern, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-kuntest ta’ dawk il-kompiti delegati, jagħmlu l-valutazzjonijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament fil-livell tal-kumitat intern maħtur mill-korp maniġerjali.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|