1. Meta tivvaluta l-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-immudellar tar-riskju ta’ ekwità, l-awtorità kompetenti għandha:
|
(a)
|
tirrekjedi li l-istituzzjoni tipprovdi lista tal-ismijiet ta’ ekwità u tal-indiċijiet ta’ ekwità kollha li għalihom il-portafoll tal-istituzzjoni jkun sensittiv, u l-fatturi tar-riskju użati sabiex jiġi mmudellat ir-riskju assoċjat;
|
|
(b)
|
tirrikjedi li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha lejn kull wieħed mill-ismijiet ta’ ekwità u mill-indiċijiet ta’ ekwità msemmijin fil-punt (a);
|
|
(c)
|
tivverifika li, meta r-riskju f’isem ta’ ekwità jkun immudellat bħala somma ta’ fattur tar-riskju sistematiku kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 u fattur tar-riskju idjosinkratiku, il-volatilità ġġenerata billi dawk il-fatturi jiġu xxokkjati tirrifletti l-volatilità osservata għal dak l-isem ta’ ekwità;
|
|
(d)
|
tivverifika li r-riskju ta’ bażi bejn żewġ ismijiet ta’ ekwità differenti jiġi kopert jew billi jiġu mmudellati ż-żewġ ismijiet ta’ ekwità direttament jew permezz ta’ fattur tar-riskju ta’ bażi;
|
|
(e)
|
tivvaluta jekk ir-riskju fil-bidliet fil-kurvi tal-ekwità huwiex kopert kif xieraq f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(f)
|
tivvaluta jekk ir-riskju vega relatat mar-riskju ta’ ekwità huwiex kopert kif xieraq f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament.
|
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtorità kompetenti tista’, meta xieraq, tqabbel il-volatilità tax-xokkijiet applikati għall-isem tal-ekwità tal-emittent, kif jirriżultaw mill-fatturi tar-riskju sistematiċi u idjosinkratiċi, mal-volatilità osservata għal dak l-isem ta’ ekwità.