+Artikolu 32 1

Artikolu 32 1

1.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni msemmijin f’dak il-punt jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-politiki interni jkopru l-aspetti msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 għad-dokumentazzjoni kollha;

(b)

il-politiki interni jeħtieġu l-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika għal kull fattur tar-riskju dawn li ġejjin:

(i)

deskrizzjoni tal-fattur tar-riskju;

(ii)

jekk il-fattur tar-riskju huwiex mudellabbli wara l-valutazzjoni tal-mudellabbiltà msemmija fl-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u jekk il-fattur tar-riskju qattx biddilx l-istatus tal-mudellabbiltà tiegħu fis-sena preċedenti;

(iii)

il-perjodu ta’ 12-il xahar użat għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà;

(iv)

jekk il-fattur tar-riskju huwiex fattur tar-riskju ta’ kreditu jew ta’ ekwità sistematiku, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(v)

jekk il-fattur tar-riskju huwiex punt ta’ kurva, superfiċe, jew kubu, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, il-bucket użat għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà ta’ dak il-fattur tar-riskju, u r-riżultati tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà ta’ dak il-bucket;

(vi)

jekk il-fattur tar-riskju huwiex parametru ta’ funzjoni użat sabiex jirrappreżenta kurva, superfiċe, jew kubu, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, u:

(1)

is-sett ta’ punti tal-kurva, tas-superfiċe jew tal-kubu li ntużaw sabiex tiġi kkalibrata l-funzjoni parametrika kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(2)

is-sett ta’ buckets, u l-mudellabbiltà tagħhom, kif jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-passi msemmijin fl-Artikolu 6(1), il-punti (b) u (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(3)

is-sett ta’ punti tal-kurva, tas-superfiċe jew tal-kubu li ntużaw sabiex jiġi kkalibrat il-parametru ta’ funzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(vii)

in-numru ta’ prezzijiet verifikabbli li huma rappreżentattivi għall-fattur tar-riskju matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà;

(viii)

jekk hemmx perjodi ta’ 90 jum b’anqas minn erba’ prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi;

(c)

il-politiki interni jistabbilixxu:

(i)

kriterji għall-identifikazzjoni tal-fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tapplika l-perjodu ttrasferit imsemmi fl-Artikolu 1(2) u fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(ii)

kriterji sabiex jiġi stabbilit jekk il-fatturi tar-riskju għandhomx jitqiesu li huma tal-istess tip, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;

(d)

il-politiki interni jistabbilixxu kriterji sabiex jiġi ddeterminat jekk il-valutazzjoni tal-mudellabbiltà ta’ kurva, ta’ superfiċe, jew ta’ kubu ssirx bl-użu ta’ buckets standard u predefiniti kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jew billi jużaw l-istabbiliment proprju mill-istituzzjoni tal-buckets kif imsemmi fl-Artikolu 5(4) ta’ dak ir-Regolament Delegat;

(e)

il-politiki interni jistabbilixxu r-raġuni wara l-għażla, meta l-buckets standard definiti minn qabel imsemmijin fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 ikunu suddiviżi f’buckets iżgħar f’konformità mal-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-punti (b)(vii) u (viii), meta l-istituzzjoni twettaq il-valutazzjoni tal-mudellabbiltà għal fattur tar-riskju billi tivvaluta l-mudellabbiltà ta’ sett ta’ buckets l-ewwel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk in-numru ta’ prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi huwiex speċifikat fil-livell ta’ kull wieħed minn dawk il-buckets.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.