+Artikolu 32 Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2
---+Artikolu 32 3
---+Artikolu 32 4
---+Artikolu 32 5
---+Artikolu 32 6
---+Artikolu 32 7

Artikolu 32 Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1

1.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni msemmijin f’dak il-punt jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-politiki interni jkopru l-aspetti msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 għad-dokumentazzjoni kollha;

(b)

il-politiki interni jeħtieġu l-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika għal kull fattur tar-riskju dawn li ġejjin:

(i)

deskrizzjoni tal-fattur tar-riskju;

(ii)

jekk il-fattur tar-riskju huwiex mudellabbli wara l-valutazzjoni tal-mudellabbiltà msemmija fl-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u jekk il-fattur tar-riskju qattx biddilx l-istatus tal-mudellabbiltà tiegħu fis-sena preċedenti;

(iii)

il-perjodu ta’ 12-il xahar użat għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà;

(iv)

jekk il-fattur tar-riskju huwiex fattur tar-riskju ta’ kreditu jew ta’ ekwità sistematiku, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(v)

jekk il-fattur tar-riskju huwiex punt ta’ kurva, superfiċe, jew kubu, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, il-bucket użat għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà ta’ dak il-fattur tar-riskju, u r-riżultati tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà ta’ dak il-bucket;

(vi)

jekk il-fattur tar-riskju huwiex parametru ta’ funzjoni użat sabiex jirrappreżenta kurva, superfiċe, jew kubu, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, u:

(1)

is-sett ta’ punti tal-kurva, tas-superfiċe jew tal-kubu li ntużaw sabiex tiġi kkalibrata l-funzjoni parametrika kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(2)

is-sett ta’ buckets, u l-mudellabbiltà tagħhom, kif jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-passi msemmijin fl-Artikolu 6(1), il-punti (b) u (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(3)

is-sett ta’ punti tal-kurva, tas-superfiċe jew tal-kubu li ntużaw sabiex jiġi kkalibrat il-parametru ta’ funzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(vii)

in-numru ta’ prezzijiet verifikabbli li huma rappreżentattivi għall-fattur tar-riskju matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà;

(viii)

jekk hemmx perjodi ta’ 90 jum b’anqas minn erba’ prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi;

(c)

il-politiki interni jistabbilixxu:

(i)

kriterji għall-identifikazzjoni tal-fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tapplika l-perjodu ttrasferit imsemmi fl-Artikolu 1(2) u fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(ii)

kriterji sabiex jiġi stabbilit jekk il-fatturi tar-riskju għandhomx jitqiesu li huma tal-istess tip, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;

(d)

il-politiki interni jistabbilixxu kriterji sabiex jiġi ddeterminat jekk il-valutazzjoni tal-mudellabbiltà ta’ kurva, ta’ superfiċe, jew ta’ kubu ssirx bl-użu ta’ buckets standard u predefiniti kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jew billi jużaw l-istabbiliment proprju mill-istituzzjoni tal-buckets kif imsemmi fl-Artikolu 5(4) ta’ dak ir-Regolament Delegat;

(e)

il-politiki interni jistabbilixxu r-raġuni wara l-għażla, meta l-buckets standard definiti minn qabel imsemmijin fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 ikunu suddiviżi f’buckets iżgħar f’konformità mal-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-punti (b)(vii) u (viii), meta l-istituzzjoni twettaq il-valutazzjoni tal-mudellabbiltà għal fattur tar-riskju billi tivvaluta l-mudellabbiltà ta’ sett ta’ buckets l-ewwel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk in-numru ta’ prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi huwiex speċifikat fil-livell ta’ kull wieħed minn dawk il-buckets.

Artikolu 32 2

2.   Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji tal-istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju li huma vvalutati bħala mudellabbli f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jivverifikaw, fir-rigward tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà:

(i)

billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), li dawk il-fatturi tar-riskju jissodisfaw kwalunkwe wieħed miż-żewġ kriterji msemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) u (b) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(ii)

meta applikabbli, bl-użu tal-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), li l-perjodu użat għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà jikkonforma mal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(b)

fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kunsiderazzjoni ta’ prezz verifikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060:

(i)

jivverifikaw jekk:

(1)

is-sistemi u l-politiki interni tal-istituzzjoni, u l-ftehimiet kuntrattwali tagħha mal-bejjiegħa terzi, jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(2)

hemmx kwalunkwe prezz li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 li jitqiesu verifikabbli;

(ii)

billi jirrieżaminaw ir-rapporti tal-awditjar, jivverifikaw jekk l-awditu indipendenti msemmi fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 huwiex robust u jkoprix l-aspetti kollha msemmijin f’dak il-paragrafu;

(iii)

meta applikabbli, jirrieżaminaw l-arranġamenti kuntrattwali msemmijin fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(c)

fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kunsiderazzjoni ta’ prezz verifikabbli bħala rappreżentattiv ta’ fattur tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk il-proċess ta’ mmappjar u l-kriterji użati sabiex tiġi ddeterminata r-rappreżentattività ta’ prezz għal fattur tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament Delegat humiex sodi.

Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (c) sabiex jidentifikaw jekk il-fatturi tar-riskju humiex tal-istess tip humiex tajbin u, billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk dawk il-kriterji jiġux applikati b’mod korrett.

Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 6.

Artikolu 32 3

3.   Meta jivvalutaw jekk mudell intern tal-istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju li jappartjenu għal kurva, għal superfiċe jew għal kubu u li huma vvalutati bħala mudellabbli f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

fir-rigward tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà:

(i)

billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk il-bucketing tal-kurvi, tas-superfiċi u tal-kubi jikkonformax mal-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2) jew fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, u li l-istituzzjoni tapplika b’mod korrett il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu sabiex tagħżel l-approċċ tal-bucketing;

(ii)

meta l-istituzzjoni tuża s-sett ta’ buckets definiti minn qabel standard imsemmijin fl-Artikolu 5(2), il-punt (d), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk hijiex xierqa kwalunkwe konverżjoni ta’ buckets f’konvenzjoni standard tas-suq differenti;

(iii)

billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk il-buckets li huma vvalutati bħala mudellabbli jissodisfawx kwalunkwe waħda miż-żewġ kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(iv)

billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk il-perjodu użat għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà huwiex l-istess għall-buckets kollha ta’ kurva, ta’ superfiċe jew ta’ kubu partikolari;

(b)

fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kunsiderazzjoni ta’ prezz verifikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060:

(i)

billi jirrieżaminaw is-sistemi u l-politiki interni tal-istituzzjoni, u l-ftehimiet kuntrattwali tagħha ma’ bejjiegħa terzi, jiżguraw li:

(1)

il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 huma ssodisfati;

(2)

l-ebda prezz li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat ma jitqies verifikabbli;

(ii)

billi jirrieżaminaw ir-rapporti tal-awditjar, jivverifikaw jekk l-awditu indipendenti li għalih huma soġġetti l-bejjiegħa terzi huwiex robust u jkoprix l-aspetti kollha msemmijin fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(iii)

meta applikabbli, jirrieżaminaw l-arranġamenti kuntrattwali bejn l-istituzzjoni u l-bejjiegħa terzi msemmijin fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(c)

fir-rigward tar-rekwiżiti għall-allokazzjoni ta’ prezz verifikabbli għal bucket kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk il-proċess tal-immappjar u l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 7(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament użat sabiex jiġi ddeterminat li prezz huwa rappreżentattiv għal punt fil-bucket humiex tajbin;

(d)

fir-rigward tal-possibbiltà ta’ riallokazzjoni ta’ prezz verifikabbli ta’ bucket għal bucket biswit f’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw:

(i)

jekk l-approċċ dokumentat f’konformità mal-Artikolu 7(1), il-punt (f), ta’ dak ir-Regolament użat mill-istituzzjoni sabiex twettaq tali riallokazzjoni huwiex xieraq;

(ii)

kif l-istituzzjoni tiżgura li l-kundizzjonijiet li fihom hija permessa r-riallokazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 ikunu ssodisfati.

Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 7.

Artikolu 32 4

4.   Meta jivvalutaw jekk mudell intern tal-istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju li huma vvalutati bħala mudellabbli f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

fir-rigward tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà:

(i)

billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk il-buckets tal-kurva, tas-superfiċe jew tal-kubu mmudellati permezz ta’ funzjoni parametrika li huma vvalutati bħala mudellabbli jissodisfawx kwalunkwe waħda miż-żewġ kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(ii)

billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk:

(1)

l-istituzzjoni tużax l-approċċ ta’ bucketing stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(2)

kwalunkwe konverżjoni ta’ buckets f’konvenzjoni ta’ standard tas-suq differenti f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament, tkun xierqa;

(iii)

billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tivvalutax il-parametru ta’ funzjoni bħala mudellabbli biss meta l-punti kollha fil-kurva, fis-superfiċe jew fil-kubu li jintużaw għall-ikkalibrar ta’ dak il-parametru ta’ funzjoni jappartjenu għal buckets li jkunu mudellabbli;

(b)

fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kunsiderazzjoni ta’ prezz verifikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060:

(i)

jivverifikaw jekk:

(1)

is-sistemi u l-politiki interni tal-istituzzjoni, u l-arranġamenti kuntrattwali tagħha mal-bejjiegħa terzi, jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(2)

li ma hemmx prezzijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 li jitqiesu verifikabbli;

(ii)

billi jirrieżaminaw ir-rapporti tal-awditjar, jivverifikaw jekk l-awditu indipendenti li għalih huma soġġetti l-bejjiegħa terzi huwiex robust u jkoprix l-aspetti kollha msemmijin fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(iii)

meta applikabbli, jirrieżaminaw l-arranġamenti kuntrattwali bejn l-istituzzjoni u l-bejjiegħa terzi msemmijin fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(c)

fir-rigward tar-rekwiżiti għall-allokazzjoni ta’ prezz verifikabbli għal bucket kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk il-proċess tal-immappjar u l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 7(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament użat sabiex jiġi ddeterminat li prezz huwa rappreżentattiv għal punt fil-bucket humiex tajbin;

(d)

fir-rigward tal-possibbiltà ta’ riallokazzjoni ta’ prezz verifikabbli ta’ bucket għal bucket biswit f’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw:

(i)

jekk l-approċċ dokumentat f’konformità mal-Artikolu 7(1), il-punt (f), ta’ dak ir-Regolament użat mill-istituzzjoni sabiex twettaq tali riallokazzjoni huwiex xieraq;

(ii)

kif l-istituzzjoni tiżgura li l-kundizzjonijiet li fihom hija permessa r-riallokazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 ikunu ssodisfati.

Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 7.

Artikolu 32 5

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b)(i), il-paragrafu 3, il-punt (b)(i) u l-paragrafu 4, il-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:

(a)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi kampjun tal-fatturi tar-riskju u tal-buckets, bil-prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi korrispondenti, inklużi:

(i)

il-fatturi tar-riskju u l-buckets li b’mod ristrett issodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex jiġu vvalutati bħala mudellabbli;

(ii)

fatturi tar-riskju u buckets li biddlu l-istatus tal-mudellabbiltà tagħhom matul is-sena preċedenti;

(iii)

meta applikabbli, il-fatturi tar-riskju u l-buckets li għalihom il-prezzijiet verifikabbli jinkisbu biss mill-istituzzjoni, unikament minn bejjiegħa terzi, u kemm mill-istituzzjoni kif ukoll minn bejjiegħa terzi;

(b)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tiġġustifika għall-prezzijiet imsemmijin fil-punt (a), ta’ dan il-paragrafu liema mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 ikunu ssodisfati, u jivverifikaw dawn li ġejjin:

(i)

meta tiġi ssodisfata l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, kif l-istituzzjoni vvalutat li sar id-dħul fit-tranżazzjoni b’distakkament;

(ii)

meta tiġi ssodisfata l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, kif l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz ikunu vvalutaw li sar id-dħul fit-tranżazzjoni b’distakkament;

(iii)

meta l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1), punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 tkun issodisfata, kif l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz ikunu identifikaw kemm l-offerta kif ukoll il-kwotazzjonijiet tal-offerta;

(c)

għall-prezzijiet verifikabbli msemmijin fil-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw:

(i)

jekk il-prezz ma huwiex tranżazzjoni jew offerta u kwotazzjoni ta’ offerta bejn żewġ entitajiet tal-istess grupp kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, u jekk l-approċċ li l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz uża sabiex jikkonkludi li ż-żewġ entitajiet ma jappartjenux għall-istess grupp huwiex tajjeb;

(ii)

kif l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz ikkonkluda li l-volum tat-tranżazzjoni jew il-kwotazzjoni impenjata assoċjata mal-prezz verifikabbli ma huwiex negliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, u jekk il-metriki użati għall-evalwazzjoni tan-negliġibbiltà humiex tajbin;

(iii)

meta l-prezz verifikabbli jkun relatat ma’ kwotazzjonijiet impenjati kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060:

(1)

kif l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz ikkonkluda li d-differenzjal talba-offerta ma tiddevjax sostanzjalment mill-kundizzjonijiet tas-suq applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(2)

jekk il-metriċi użati biex tiġi evalwata tali devjazzjoni potenzjali humiex sodi;

(iv)

jekk, fost dawk il-prezzijiet, xi wħud jistgħux jitqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(2), fil-punt (b) jew fl-Artikolu 2(2), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 minħabba li huma kkaratterizzati minn volum aktar baxx mis-soltu jew minn differenzjal talba-offerta akbar mis-soltu;

(v)

jekk l-istituzzjoni jew il-bejjiegħ terz identifika żona tal-ħin li tintuża b’mod konsistenti fis-sorsi kollha tad-data sabiex tiġi identifikata d-data ta’ osservazzjoni tal-prezz verifikabbli kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jew il-bejjiegħa terzi kif applikabbli jipprovduhom bl-informazzjoni kollha li jeħtieġu sabiex iwettqu dik il-valutazzjoni b’mod komprensiv, f’konformità mal-Artikolu 2(5), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060.

Artikolu 32 6

6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jirrikjedu li istituzzjoni tipprovdi kampjun ta’ fatturi tar-riskju, u l-prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi korrispondenti użati sabiex jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(b)

jivverifikaw jekk, fejn għall-fattur tar-riskju jkun hemm prezzijiet verifikabbli multipli f’data ta’ osservazzjoni partikolari, wieħed biss jitqies meta jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 humiex issodisfati;

(c)

għal dawk il-fatturi tar-riskju fil-kampjun imsemmi fil-punt (a) li ma jkunux fatturi tar-riskju sistematiku ta’ kreditu jew ta’ ekwità li jkopru movimenti fis-suq kollu kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk:

(i)

il-fattur tar-riskju huwiex motivatur b’saħħtu tal-prezz meqjus rappreżentattiv

(ii)

jekk il-metodu użat mill-istituzzjoni sabiex tikkonkludi li hemm relazzjoni mill-qrib bejn il-fattur tar-riskju u dak il-prezz huwiex tajjeb;

(iii)

il-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex tislet il-valur tal-fattur tar-riskju minn dak il-prezz hijiex tajba;

(d)

għal dawk il-fatturi tar-riskju fil-kampjun imsemmi fil-punt (a) li jkunu fatturi tar-riskju sistematiku ta’ kreditu jew ta’ ekwità li jkopru movimenti fis-suq kollu kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk il-prezzijiet verifikabbli użati humiex rappreżentattivi tal-attributi tal-fatturi tar-riskju sistematiku.

Għall-finijiet tal-punt (a), il-kampjun tal-fatturi tar-riskju għandu jinkludi, fost l-oħrajn, fatturi tar-riskju li b’mod ristrett jissodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex jiġu vvalutati fatturi mudellabbli u tar-riskju li jkunu biddlu l-istatus tal-mudellabbiltà tagħhom matul is-sena preċedenti. Meta applikabbli, dak il-kampjun għandu jkun fih fatturi tar-riskju li għalihom il-prezzijiet verifikabbli jinkisbu biss mill-istituzzjoni, unikament minn bejjiegħa terzi, u kemm mill-istituzzjoni kif ukoll minn bejjiegħa terzi.

Artikolu 32 7

7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (c), u tal-paragrafu 4, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi kampjun ta’ buckets relatati ma’ sett ta’ kurvi, ta’ superfiċi jew ta’ kubi, u l-prezzijiet verifikabbli u rappreżentattivi korrispondenti;

(b)

għall-prezzijiet verifikabbli msemmijin fil-punt (a), jivverifikaw, għall-buckets li għalihom hemm prezzijiet verifikabbli multipli f’data ta’ osservazzjoni partikolari, li jiġi kkunsidrat prezz verifikabbli wieħed biss għal kull data meta jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 humiex issodisfati;

(c)

għall-prezzijiet verifikabbli msemmijin fil-punt (a), jivvalutaw li l-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex tidentifika prezz verifikabbli għal bucket partikolari tkun xierqa.

Għall-finijiet tal-punt (a), il-kampjun tal-buckets għandu jinkludi, fost l-oħrajn, buckets li b’mod ristrett issodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex jiġu vvalutati mudellabbli u buckets li biddlu l-istatus tal-mudellabbiltà tagħhom matul is-sena preċedenti. Meta applikabbli, dak il-kampjun għandu jinkludi buckets li għalihom jinkisbu prezzijiet verifikabbli biss mill-istituzzjoni, unikament minn bejjiegħa terzi, u kemm mill-istituzzjoni kif ukoll minn bejjiegħa terzi.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk:

(a)

il-punti f’bucket humiex motivatur b’saħħtu tal-prezz meqjus rappreżentattiv,

(b)

il-metodu użat mill-istituzzjoni sabiex tikkonkludi li hemm relazzjoni mill-qrib bejn kwalunkwe punt fil-bucket u dak il-prezz huwiex tajjeb,

(c)

il-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex toħroġ il-valur ta’ dak il-punt fil-bucket minn dak il-prezz hijiex tajba.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.