+Artikolu 32 3

Artikolu 32 3

3.   Meta jivvalutaw jekk mudell intern tal-istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju li jappartjenu għal kurva, għal superfiċe jew għal kubu u li huma vvalutati bħala mudellabbli f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

fir-rigward tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà:

(i)

billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk il-bucketing tal-kurvi, tas-superfiċi u tal-kubi jikkonformax mal-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2) jew fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, u li l-istituzzjoni tapplika b’mod korrett il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu sabiex tagħżel l-approċċ tal-bucketing;

(ii)

meta l-istituzzjoni tuża s-sett ta’ buckets definiti minn qabel standard imsemmijin fl-Artikolu 5(2), il-punt (d), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk hijiex xierqa kwalunkwe konverżjoni ta’ buckets f’konvenzjoni standard tas-suq differenti;

(iii)

billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk il-buckets li huma vvalutati bħala mudellabbli jissodisfawx kwalunkwe waħda miż-żewġ kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(iv)

billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk il-perjodu użat għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà huwiex l-istess għall-buckets kollha ta’ kurva, ta’ superfiċe jew ta’ kubu partikolari;

(b)

fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kunsiderazzjoni ta’ prezz verifikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060:

(i)

billi jirrieżaminaw is-sistemi u l-politiki interni tal-istituzzjoni, u l-ftehimiet kuntrattwali tagħha ma’ bejjiegħa terzi, jiżguraw li:

(1)

il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 huma ssodisfati;

(2)

l-ebda prezz li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat ma jitqies verifikabbli;

(ii)

billi jirrieżaminaw ir-rapporti tal-awditjar, jivverifikaw jekk l-awditu indipendenti li għalih huma soġġetti l-bejjiegħa terzi huwiex robust u jkoprix l-aspetti kollha msemmijin fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(iii)

meta applikabbli, jirrieżaminaw l-arranġamenti kuntrattwali bejn l-istituzzjoni u l-bejjiegħa terzi msemmijin fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;

(c)

fir-rigward tar-rekwiżiti għall-allokazzjoni ta’ prezz verifikabbli għal bucket kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk il-proċess tal-immappjar u l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 7(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament użat sabiex jiġi ddeterminat li prezz huwa rappreżentattiv għal punt fil-bucket humiex tajbin;

(d)

fir-rigward tal-possibbiltà ta’ riallokazzjoni ta’ prezz verifikabbli ta’ bucket għal bucket biswit f’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw:

(i)

jekk l-approċċ dokumentat f’konformità mal-Artikolu 7(1), il-punt (f), ta’ dak ir-Regolament użat mill-istituzzjoni sabiex twettaq tali riallokazzjoni huwiex xieraq;

(ii)

kif l-istituzzjoni tiżgura li l-kundizzjonijiet li fihom hija permessa r-riallokazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 ikunu ssodisfati.

Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 7.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.