+Artikolu 34 1
|
Artikolu 34 1
1. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-użu ta’ indikaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a)
|
l-istituzzjoni stabbiliet, bħala parti mill-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kriterji li jiddeskrivu:
|
(i)
|
meta fattur tar-riskju jingħata permezz ta’ indikatur;
|
|
(ii)
|
kif fattur tar-riskju jiġi indikat jekk ikun soġġett għal approċċ ta’ indikatur.
|
|
|
(b)
|
il-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikopru l-approċċi ta’ indikatur kollha użati mill-istituzzjoni, inkluż, meta jintużaw:
|
(i)
|
il-mudelli tal-fatturi;
|
|
(ii)
|
l-approssimazzjonijiet beta;
|
|
(iii)
|
l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi tas-settur u tar-reġjun jew tal-indiċijiet;
|
|
|
(c)
|
għal fatturi tar-riskju mhux mudellabbli, hemm raġuni ċara għall-użu ta’ approċċ ta’ indikatur, anki jekk in-numru ta’ ritorni N fis-serje kronoloġika għall-fattur tar-riskju li jirriżulta mill-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 jippermetti l-użu tal-metodu storiku jew tal-metodu ta’ sigma asimetriku msemmi, rispettivament, fl-Artikoli 8 u 9 ta’ dak ir-Regolament Delegat;
|
|
(d)
|
l-approċċ użat sabiex jintuża indikatur għall-fattur tar-riskju huwa xieraq u jiżgura, kif meħtieġ mill-Artikolu 325h(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kalibrar konservattiv tax-xenarji ta’ xokkijiet futuri għal fatturi tar-riskju li jistgħu jiġu mmudellati u tax-xenarji estremi ta’ xokk futur għal fatturi tar-riskju mhux mudellabbli;
|
|
(e)
|
għall-fatturi tar-riskju li għalihom tintuża data indikatur biss għal perjodi speċifiċi fis-serje kronoloġika, ma hemm l-ebda qabża anomala bejn il-partijiet tas-serje kronoloġika li jintwerew b’indikatur u l-partijiet tas-serje kronoloġika li ma jintwerewx b’indikatur.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|