+Artikolu 34 Valutazzjoni tal-indikaturi
---+Artikolu 34 1
---+Artikolu 34 2
---+Artikolu 34 3
---+Artikolu 34 4
---+Artikolu 34 5
|
Artikolu 34 Valutazzjoni tal-indikaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1
|
1. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-użu ta’ indikaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:
|
(a)
|
l-istituzzjoni stabbiliet, bħala parti mill-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kriterji li jiddeskrivu:
|
(i)
|
meta fattur tar-riskju jingħata permezz ta’ indikatur;
|
|
(ii)
|
kif fattur tar-riskju jiġi indikat jekk ikun soġġett għal approċċ ta’ indikatur.
|
|
|
(b)
|
il-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikopru l-approċċi ta’ indikatur kollha użati mill-istituzzjoni, inkluż, meta jintużaw:
|
(i)
|
il-mudelli tal-fatturi;
|
|
(ii)
|
l-approssimazzjonijiet beta;
|
|
(iii)
|
l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi tas-settur u tar-reġjun jew tal-indiċijiet;
|
|
|
(c)
|
għal fatturi tar-riskju mhux mudellabbli, hemm raġuni ċara għall-użu ta’ approċċ ta’ indikatur, anki jekk in-numru ta’ ritorni N fis-serje kronoloġika għall-fattur tar-riskju li jirriżulta mill-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 jippermetti l-użu tal-metodu storiku jew tal-metodu ta’ sigma asimetriku msemmi, rispettivament, fl-Artikoli 8 u 9 ta’ dak ir-Regolament Delegat;
|
|
(d)
|
l-approċċ użat sabiex jintuża indikatur għall-fattur tar-riskju huwa xieraq u jiżgura, kif meħtieġ mill-Artikolu 325h(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kalibrar konservattiv tax-xenarji ta’ xokkijiet futuri għal fatturi tar-riskju li jistgħu jiġu mmudellati u tax-xenarji estremi ta’ xokk futur għal fatturi tar-riskju mhux mudellabbli;
|
|
(e)
|
għall-fatturi tar-riskju li għalihom tintuża data indikatur biss għal perjodi speċifiċi fis-serje kronoloġika, ma hemm l-ebda qabża anomala bejn il-partijiet tas-serje kronoloġika li jintwerew b’indikatur u l-partijiet tas-serje kronoloġika li ma jintwerewx b’indikatur.
|
|
|
Artikolu 34 2
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jintwerew b’indikatur, jivverifikaw jekk:
|
(a)
|
l-approċċ ta’ indikatur użat għal dawk il-fatturi tar-riskju jkun l-approċċ deskritt fil-politiki interni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), u l-indikatur użat ikun ekonomikament sinifikattiv;
|
|
(b)
|
ir-riskju ta’ bażi bejn dak il-fattur tar-riskju kif muri b’indikatur u fatturi tar-riskju oħrajn jiġi kopert kif xieraq, inkluż meta fatturi tar-riskju differenti jintwerew b’indikatur billi jiġu mmappjati mal-istess fattur tar-riskju;
|
|
(c)
|
ma hemm l-ebda każ li fih, bħala riżultat tal-indikatur, ir-riskju speċifiku ma jkunx kopert kif xieraq.
|
Meta japplikaw dak il-metodu ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jirriflettu varjetà ta’ approċċi ta’ indikatur, inklużi, meta jintużaw, mudelli ta’ fatturi, approssimazzjonijiet beta, u l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi tas-settur u tar-reġjun jew tal-indiċijiet.
|
|
Artikolu 34 3
|
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju li għalihom id-data fl-aħħar perjodu ta’ 12-il xahar tkun intweriet b’indikatur:
|
(a)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika tal-fatturi tar-riskju murijin b’indikatur kif użati fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji u s-serje kronoloġika tal-fatturi tal-ipprezzar korrispondenti kif użati fil-proċess ta’ valwazzjoni ta’ tmiem il-jum;
|
|
(b)
|
jivverifikaw li l-volatilitajiet tas-serje taż-żewġ perjodi ta’ żmien imsemmijin fil-punt (a) ma jvarjawx b’mod sostanzjali;
|
|
(c)
|
jivverifikaw li ż-żewġ serje kronoloġiċi huma ferm korrelatati.
|
Meta japplikaw dak il-metodu ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jirriflettu varjetà ta’ approċċi ta’ indikatur, inklużi, meta jintużaw, mudelli ta’ fatturi, approssimazzjonijiet beta, u l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi ta’ settur u ta’ reġjun partikolari jew tal-indiċijiet.
|
|
Artikolu 34 4
|
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), sabiex tiġi ttestjata l-konservazzjoni tal-approċċi ta’ approssimazzjoni indiretta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ approċċi u japplikaw, għal kull approċċ ta’ indikatur, il-passi kollha li ġejjin f’din l-ordni:
|
(a)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika ta’ kampjun ta’ fatturi tar-riskju li ma jingħatawx b’indikatur u li, jekk jingħataw b’indikatur, isegwu l-approċċ ta’ indikatur li jkun qed jiġi vvalutat;
|
|
(b)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika li tintuża billi jiġi applikat l-approċċ ta’ indikatur li jkun qed jiġi vvalutat għas-serje kronoloġika tal-fatturi tar-riskju msemmija fil-punt (a);
|
|
(c)
|
għaż-żewġ serje kronoloġiċi, jiksbu l-volatilitajiet tal-fatturi tar-riskju fil-perjodu ta’ stress u fl-aħħar perjodu ta’ 12-il xahar, u jivverifikaw li l-volatilità li tirriżulta mis-serje kronoloġika ta’ indikatur imsemmija fil-punt (b) ma tissottovalutax il-volatilità li tirriżulta mis-serje kronoloġika msemmija fil-punt (a).
|
Meta japplikaw dak il-metodu ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jirriflettu varjetà ta’ approċċi ta’ indikatur, inklużi, meta jintużaw, mudelli ta’ fatturi, approssimazzjonijiet beta, u l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi ta’ settur u ta’ reġjun partikolari jew tal-indiċijiet.
|
|
Artikolu 34 5
|
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli li għalihom intużat data indikatur fil-perjodu ta’ stress minkejja li n-numru ta’ ritorni N fis-serje kronoloġika għall-fattur tar-riskju li jirriżulta mill-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 jippermetti l-użu tal-metodu storiku jew tal-metodu sigma asimetriku msemmi, rispettivament, fl-Artikoli 8 u 9 ta’ dak ir-Regolament Delegat:
|
(a)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika oriġinali għall-fatturi tar-riskju qabel ma jintuża kwalunkwe approċċ ta’ indikatur;
|
|
(b)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika użata għall-fatturi tar-riskju murijin b’indikatur;
|
|
(c)
|
iqabblu x-xokkijiet ikkalibrati ’l fuq u ’l isfel kif jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 mas-serje kronoloġika msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, u jivverifikaw li x-xokkijiet li jirriżultaw mis-serje kronoloġika murija b’indikatur ma jkunux sistematikament anqas konservattivi mix-xokkijiet miksubin bl-użu tas-serje kronoloġika oriġinali.
|
Meta japplikaw dak il-metodu ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jirriflettu varjetà ta’ approċċi ta’ indikatur, inklużi, meta jintużaw, mudelli ta’ fatturi, approssimazzjonijiet beta, u l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi tas-settur u tar-reġjun jew tal-indiċijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|