jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-serje kronoloġika tagħha użata fi
,
,
,
,
u
, kif imsemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fil-miżuri tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/397, u sabiex f’dik il-ħarsa ġenerali tinkludi għal kull serje kronoloġika użata:
(i)
in-numru totali ta’ jiem fil-perjodu ta’ osservazzjoni storika użat għall-kalkolu ta’
,
,
,
,
u
, kif imsemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-miżuri tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/397;
(ii)
in-numru ta’ jiem b’data nieqsa fis-serje kronoloġika qabel ma l-istituzzjoni tintroduċi kwalunkwe aġġustament;
(iii)
in-numru ta’ jiem mingħajr ebda tibdil ta’ kuljum fis-serje kronoloġika qabel ma l-istituzzjoni tintroduċi kwalunkwe aġġustament;
(iv)
in-numru massimu ta’ jiem konsekuttivi mingħajr ebda tibdil ta’ kuljum fis-serje kronoloġika qabel ma l-istituzzjoni tintroduċi kwalunkwe aġġustament;
(v)
in-numru ta’ jiem li għalihom id-data kienet inizjalment disponibbli fis-serje kronoloġika iżda li l-istituzzjoni kienet teskludi jew inbidlet qabel ma ntużat fil-kalkolu ta’
,
,
,
,
u
, kif imsemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/397;
(b)
fuq il-bażi tal-ħarsa ġenerali msemmija fil-punt (a), jidentifikaw dawk is-serje kronoloġiċi użati għall-fatturi tar-riskju li jistgħu jiġu affettwati minn kwalità baxxa tad-data;
(c)
fuq il-bażi tal-ħarsa ġenerali msemmija fil-punt (a), jagħżlu kampjun ta’ serje kronoloġika li huma kkaratterizzati minn numru kbir ta’ punti tad-data inizjalment neqsin, u japplikaw il-passi li ġejjin fl-ordni li ġej:
(i)
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika bil-punti tad-data inizjali biss, u s-serje kronoloġika wara li jkunu mtlew;
(ii)
jivverifikaw li s-serje kronoloġika tkun imtliet f’konformità mal-metodoloġiji previsti fil-politiki interni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), u li tali metodoloġiji jkunu xierqa għall-każ inkwistjoni;
(d)
fuq il-bażi tal-ħarsa ġenerali msemmija fil-punt (b), jagħżlu kampjun tas-serje kronoloġika kkaratterizzat minn numru kbir ta’ punti tad-data li kienu inizjalment disponibbli iżda li ġew issostitwiti minn punti oħra tad-data, u japplikaw il-passi li ġejjin fl-ordni li ġej:
(i)
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika bil-punti tad-data inizjali biss, u s-serje kronoloġika wara li l-punti tad-data fis-serje kronoloġika ikunu ġew issostitwiti;
(ii)
jivverifikaw li l-punti tad-data ġew issostitwiti f’konformità mal-metodoloġiji previsti fil-politiki interni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), u li tali metodoloġiji jkunu xierqa għall-każ inkwistjoni.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw, meta xieraq, bħala bażi għall-identifikazzjoni msemmija f’dak il-punt, l-indikaturi li ġejjin:
(a)
serje kronoloġika b’anqas minn 10 % tal-punti tad-data disponibbli inizjalment;
(b)
serje kronoloġika b’20 jum ta’ xogħol konsekuttivi mingħajr tibdil ta’ kuljum;
(c)
serje kronoloġika b’aktar minn 20 % ta’ jiem mingħajr ebda tibdil;
(d)
serje kronoloġika li għalihom inbidlu aktar minn 50 % tad-data disponibbli inizjalment.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-istituzzjoni tiġġustifika l-użu ta’ dawk is-serje kronoloġiċi u, meta applikabbli, ir-raġuni għaliex il-fattur tar-riskju korrispondenti jkun inkluż fis-sett imnaqqas ta’ fatturi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punti (a) u (b), u fl-Artikolu 325bc(3), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.