+Artikolu 48 1
|
Artikolu 48 1
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-estimu tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni interna tkoprix l-aspetti kollha stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jeħtiġux il-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika:
|
(a)
|
il-metodi li l-istituzzjoni tuża sabiex tistma l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza, inkluża l-materjalità ta’ kull metodu differenti f’termini ta’ numru ta’ emittenti, ta’ daqs tal-pożizzjonijiet, u ta’ kontribut għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tar-riskju ta’ inadempjenza;
|
|
(b)
|
għal kull emittent, il-valur tal-probabbiltà ta’ inadempjenza, il-klassifikazzjoni, meta disponibbli, u jekk:
|
(i)
|
il-probabbiltà ta’ inadempjenza tkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-emittent, u jekk tintużax għall-iskopertura tal-portafoll tan-negozjar kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(5), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(ii)
|
il-probabbiltà ta’ inadempjenza ma tkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-emittent, u jekk l-istituzzjoni tużax l-approċċ IRB sabiex tikseb il-probabbiltà ta’ inadempjenza tal-emittent kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(5), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq il-bażi li l-istituzzjoni jkollha l-approvazzjoni IRB għall-klassi tal-iskoperturi li għaliha tappartjeni l-iskopertura tal-emittent;
|
|
(iii)
|
il-probabbiltà ta’ inadempjenza ma tkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-emittent, u jekk l-istituzzjoni tużax metodoloġija interna li tissodisfa r-rekwiżiti tal-approċċ IRB stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tikseb dik il-probabbiltà ta’ inadempjenza;
|
|
(iv)
|
il-probabbiltà ta’ inadempjenza ma tkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-emittent, u jekk l-istituzzjoni tużax metodoloġija interna li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) jew (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tikseb dik il-probabbiltà ta’ inadempjenza;
|
|
(v)
|
il-probabbiltà ta’ inadempjenza ma tkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-emittent, u jekk l-istituzzjoni tużax sorsi esterni kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tikseb dik il-probabbiltà ta’ inadempjenza;
|
|
|
(c)
|
għall-emittenti kollha, il-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li għaliha tappartjeni l-iskopertura tagħhom;
|
|
(d)
|
għall-emittenti li għalihom jinkiseb estimu tal-probabbiltà ta’ inadempjenza bl-użu ta’ sorsi esterni kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, jekk l-estimu jinkisibx flimkien mal-prezzijiet kurrenti tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 325bp(5), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikolu 2(4), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|