+Artikolu 48 Valutazzjoni tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza
---+Artikolu 48 1
---+Artikolu 48 2
---+Artikolu 48 3
|
Artikolu 48 Valutazzjoni tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1
|
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-estimu tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni interna tkoprix l-aspetti kollha stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jeħtiġux il-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika:
|
(a)
|
il-metodi li l-istituzzjoni tuża sabiex tistma l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza, inkluża l-materjalità ta’ kull metodu differenti f’termini ta’ numru ta’ emittenti, ta’ daqs tal-pożizzjonijiet, u ta’ kontribut għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tar-riskju ta’ inadempjenza;
|
|
(b)
|
għal kull emittent, il-valur tal-probabbiltà ta’ inadempjenza, il-klassifikazzjoni, meta disponibbli, u jekk:
|
(i)
|
il-probabbiltà ta’ inadempjenza tkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-emittent, u jekk tintużax għall-iskopertura tal-portafoll tan-negozjar kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(5), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(ii)
|
il-probabbiltà ta’ inadempjenza ma tkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-emittent, u jekk l-istituzzjoni tużax l-approċċ IRB sabiex tikseb il-probabbiltà ta’ inadempjenza tal-emittent kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(5), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq il-bażi li l-istituzzjoni jkollha l-approvazzjoni IRB għall-klassi tal-iskoperturi li għaliha tappartjeni l-iskopertura tal-emittent;
|
|
(iii)
|
il-probabbiltà ta’ inadempjenza ma tkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-emittent, u jekk l-istituzzjoni tużax metodoloġija interna li tissodisfa r-rekwiżiti tal-approċċ IRB stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tikseb dik il-probabbiltà ta’ inadempjenza;
|
|
(iv)
|
il-probabbiltà ta’ inadempjenza ma tkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-emittent, u jekk l-istituzzjoni tużax metodoloġija interna li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) jew (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tikseb dik il-probabbiltà ta’ inadempjenza;
|
|
(v)
|
il-probabbiltà ta’ inadempjenza ma tkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-emittent, u jekk l-istituzzjoni tużax sorsi esterni kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tikseb dik il-probabbiltà ta’ inadempjenza;
|
|
|
(c)
|
għall-emittenti kollha, il-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li għaliha tappartjeni l-iskopertura tagħhom;
|
|
(d)
|
għall-emittenti li għalihom jinkiseb estimu tal-probabbiltà ta’ inadempjenza bl-użu ta’ sorsi esterni kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, jekk l-estimu jinkisibx flimkien mal-prezzijiet kurrenti tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 325bp(5), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikolu 2(4), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578.
|
|
|
Artikolu 48 2
|
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-estimu tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jivverifikaw jekk:
|
(i)
|
l-estimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza u l-inputs tad-data użati sabiex jiġu derivati jiġux aġġornati bi frekwenza li tiżgura li r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza jkunu sensittivi għar-riskju;
|
|
(ii)
|
kwalunkwe informazzjoni rilevanti ġdida tkun riflessa f’waqtha, kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
|
(b)
|
bl-użu tal-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jivverifikaw jekk l-estimi kollha għandhomx minimu kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(5), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(c)
|
jivverifikaw jekk kwalunkwe metodu użat għall-iskalar ta’ probabbiltà ta’ inadempjenza għall-perjodu ta’ żmien applikabbli msemmi fl-Artikolu 325bp(5), il-punt (b), jew fl-Artikolu 325bn(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunx validu kunċettwalment u jekk tali metodu jkunx appoġġat minn analiżi robusta;
|
|
(d)
|
jivverifikaw jekk:
|
(i)
|
meta l-istituzzjoni tistma l-probabbiltà ta’ inadempjenza billi tuża l-metodu msemmi fil-paragrafu 1, il-punti (b)(iv) u (b)(v), id-definizzjoni ta’ inadempjenza użata mill-istituzzjoni għall-emittenti fl-ambitu tal-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza tkunx iddokumentata fil-politiki interni tal-istituzzjoni;
|
|
(ii)
|
jekk ikunux identifikati differenzi materjali għad-definizzjoni ta’ inadempjenza użata fil-qafas tal-IRB;
|
|
|
(e)
|
jivvalutaw jekk u kif it-tnaqqis estrem fil-prezzijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 325bp(5), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jitqiesu meta l-istituzzjoni tiddetermina l-estimi tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza u jekk u kif dak it-tnaqqis ikunx relatat mal-affidabbiltà tal-kreditu ta’ emittent;
|
|
(f)
|
għall-probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punti (b)(i) sa (b)(iii), ta’ dan l-Artikolu jivverifikaw jekk dawk il-probabbiltajiet ta’ inadempjenza jqisux il-marġni ta’ konservattiviżmu msemmi fl-Artikolu 179(1), il-punt (f), u fl-Artikolu 180(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(g)
|
għal probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(i):
|
(i)
|
jivverifikaw jekk kwalunkwe livell addizzjonali ta’ konservattiviżmu applikat għall-probabbiltajiet ta’ inadempjenza skont l-approċċ IRB jiġix applikat meta jiġi kkalkolat ir-rekwiżit tar-riskju ta’ inadempjenza;
|
|
(ii)
|
fuq kampjun ta’ emittenti, jivverifikaw jekk il-probabbiltà ta’ inadempjenza użata fl-approċċ IRB hijiex differenti minn dik użata fil-kalkolu tar-rekwiżit tar-riskju ta’ inadempjenza;
|
|
|
(h)
|
għal probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii):
|
(i)
|
jivverifikaw jekk huwiex segwit il-proċess għall-estimu tal-probabbiltà ta’ inadempjenza skont l-approċċ IRB;
|
|
(ii)
|
fuq kampjun ta’ emittenti, jivverifikaw jekk il-probabbiltà ta’ inadempjenza użata hijiex identika għal dik li kieku tiġi prodotta mis-sistemi tal-IT użati skont l-approċċ IRB;
|
|
(iii)
|
jivvalutaw il-varjabbli tal-input użati fil-proċess ta’ klassifikazzjoni fl-approċċ IRB u jivverifikaw fuq kampjun tal-emittenti jekk l-inputs tad-data jeżistux u humiex affidabbli biżżejjed sabiex tiġi ddeterminata probabbiltà akkurata ta’ inadempjenza;
|
|
|
(i)
|
għal probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(iii), ta’ dan l-Artikolu jirrieżaminaw ir-rapporti prodotti mill-validazzjoni interna jew mill-awditjar intern rigward il-konformità tal-metodoloġija interna użata sabiex jinkisbu l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(j)
|
għal probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(iv):
|
(i)
|
jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni interna li tappoġġa l-konformità tal-istituzzjoni mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 hijiex kompluta;
|
|
(ii)
|
fuq kampjun ta’ emittenti, jivvalutaw ir-raġunament għall-estimu tal-probabbiltà ta’ inadempjenza billi la jużaw il-metodoloġija interna msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u lanqas is-sorsi esterni msemmijin fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament Delegat;
|
|
(iii)
|
fuq kampjun ta’ emittenti li għalihom ir-raġunament imsemmi fil-punt (ii) huwa relatat man-nuqqas ta’ data tal-input kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (b)(i), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tissostanzjax il-fatt li d-data tal-input hija nieqsa;
|
|
(iv)
|
jivverifikaw jekk, bħala parti mill-politiki interni tagħha, l-istituzzjoni tispeċifikax il-perjodu ta’ żamma msemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (b)(ii), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, li taħtu l-istituzzjoni tqis aċċettabbli li ma tintużax il-metodoloġija interna li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti għall-approċċ IRB, u jivvalutaw jekk tali perjodu ta’ żamma jkunx konformi mal-portafoll tal-istituzzjoni, f’termini ta’ daqs, ta’ kumplessità u ta’ strateġija tan-negozjar;
|
|
(v)
|
jirrieżaminaw il-valur ta’ “m” ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 1(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 u, meta applikabbli, jeħtieġu li l-istituzzjoni tispjega s-sors ta’ kwalunkwe tibdil sinifikanti fil-valur tagħha matul it-trimestri preċedenti;
|
|
(vi)
|
jirrieżaminaw il-proċess segwit mill-istituzzjoni sabiex tinvestiga jekk xi sorsi esterni addizzjonali jkunux disponibbli kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (c)(ii)(1), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578;
|
|
(vii)
|
għal kwart meta l-valur ta’ “m” ikun ogħla minn 10 %, jivverifikaw li l-analiżi mwettqa f’konformità mal-Artikolu 1(2), il-punt (c)(ii)(2), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 tkun robusta;
|
|
(viii)
|
jivvalutaw jekk id-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ inadempjenza msemmija fl-Artikolu 1, (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, issirx b’mod korrett, billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u jivverifikaw jekk l-istituzzjoni taġġornax l-ogħla probabbiltà ta’ inadempjenza assenjata lill-emittenti tal-grad ta’ investiment u l-medja ponderata b’mod ugwali tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza. kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, rispettivament, bl-istess frekwenza li biha jiġi kkalkolat ir-rekwiżit tar-riskju ta’ inadempjenza;
|
|
|
(k)
|
għal probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(v):
|
(i)
|
fuq kampjun ta’ emittenti, jivverifikaw jekk id-data użata sabiex tiġi stmata l-probabbiltà ta’ inadempjenza tkunx rappreżentattiva għall-emittent;
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk il-ġerarkija tas-sorsi esterni msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 tkunx speċifikata sew fid-dokumentazzjoni interna tal-istituzzjoni u jivverifikaw fuq kampjun ta’ emittenti jekk dik il-ġerarkija tas-sorsi esterni tkunx implimentata b’mod korrett;
|
|
(iii)
|
jivverifikaw jekk il-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex tikseb il-firxa mistennija ta’ żbalji fl-estimi kif imsemmi fl-Artikolu 2(4), il-punt (a)(i), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 tkujnx tajba;
|
|
(iv)
|
jivvalutaw kif l-istituzzjoni tiżgura li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(4), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 jiġu ssodisfati, u jivverifikaw jekk hemmx każijiet ta’ probabbiltajiet ta’ inadempjenza stabbiliti għal 0 qabel ma l-istituzzjoni tapplika l-livell minimu msemmi fl-Artikolu 325bp(5), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(v)
|
meta applikabbli, jivverifikaw jekk il-metodu li l-istituzzjoni tuża sabiex tittrasforma l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza li jinkisbu flimkien mal-prezzijiet kurrenti tas-suq fi probabbiltà fid-dinja reali jkunx tajjeb, u jekk l-analiżi msemmija fl-Artikolu 2(4), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 tkunx robusta.
|
|
Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq:
|
(a)
|
jidentifikaw emittenti li għalihom il-probabbiltà ta’ inadempjenza stmata ma nbidlitx għal perjodu estensiv;
|
|
(b)
|
jivvalutaw jekk l-estimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza jkunux aġġornati;
|
|
(c)
|
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tistax tispjega r-raġunijiet wara l-valuri mhux mibdulin.
|
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il-materjalità u l-karatteristiċi tal-pożizzjonijiet soġġetti għal-limitu minimu, inkluża l-klassifikazzjoni u l-klassi tal-iskoperturi tagħhom.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jidentifikaw il-perjodu ta’ żmien effettiv li jintuża qabel ma jiġi applikat kwalunkwe skalar sabiex jinkiseb il-perjodu ta’ żmien applikabbli;
|
|
(b)
|
jivvalutaw ir-raġunament għall-użu, bħala punt tat-tluq tal-iskalar, ta’ perjodu ta’ żmien differenti mill-perjodu ta’ żmien li huwa applikabbli f’konformità mal-Artikolu 325bp(5), il-punt (b), jew mal-Artikolu 325bn(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
Għall-finijiet tal-punt (k)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk id-data użata tirriflettix is-settur jew ir-reġjun tal-emittent.
Għall-finijiet tal-punt (k)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività skont il-prinċipji tal-analiżi tas-sensittività msemmija fl-Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 għall-valutazzjoni tal-impatt potenzjali tat-tibdil fl-estimu tal-PD.
|
|
Artikolu 48 3
|
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jirrikjedu li istituzzjoni tistma l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza b’metodu ieħor fost il-metodi stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u jispjegaw id-differenzi fir-riżultati miksubin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|