+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-identifikazzjoni ta’ “grupp ta’ klijenti konnessi” kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (39) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li twassal għall-identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi marbuta tant mill-qrib permezz ta’ fatturi ta’ riskju idjosinkratiċi li jkun prudenti li jiġu ttrattati bħala riskju wieħed. Fejn ma jkunx ċar taħt liema kategorija speċifika ta’ konnessjonijiet jenħtieġ li tiġi kklassifikata l-interkonnessjoni bejn persuni differenti, jenħtieġ li jipprevali prinċipju ġenerali ta’ prudenza u jenħtieġ li wieħed jassumi li jeżisti riskju wieħed. Għalhekk, jenħtieġ li ċ-ċirkostanzi li fihom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-identifikazzjoni ta’ gruppi ta’ klijenti konnessi, jinftiehmu bħala listi mhux eżawrjenti. Jenħtieġ li l-każijiet fejn persuni fiżiċi jew ġuridiċi jkunu marbuta biss permezz tad-dipendenza tagħhom fuq fatturi esterni ġeografiċi jew settorjali komuni, ma jwasslux għal grupp ta’ klijenti konnessi.

(2)

Sabiex jiġu ċċarati ċ-ċirkostanzi li fihom il-kondizzjoni ta’ kontroll tiġi ssodisfata għall-finijiet ta’ identifikazzjoni tal-eżistenza ta’ riskju wieħed, jenħtieġ li meta żewġ persuni ġuridiċi jew aktar ikunu parti mill-istess rapport finanzjarju kkonsolidat, il-kondizzjoni ta’ kontroll titqies bħala ssodisfata, anke fin-nuqqas ta’ skoperturi fil-konfront ta’ persuna fiżika jew ġuridika kontrollanti, minħabba li fi grupp jista’ jinħoloq l-effett domino tad-diffikultajiet finanzjarji anke jekk l-istituzzjoni ma jkollha l-ebda skopertura fil-konfront ta’ persuna kontrollanti.

(3)

Minħabba li relazzjoni ta’ kontroll mhijiex limitata għal persuni li huma parti mill-istess grupp konsolidat, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi li fihom jeżisti riskju wieħed bejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar fuq il-bażi ta’ kontroll, anke meta r-rapporti finanzjarji kkonsolidati ma jkunux qed jitħejjew, kemm jekk minħabba li jkunu involuti persuni fiżiċi, jew minħabba li l-persuni ġuridiċi jkunu stabbiliti f’pajjiż terz jew ir-reġim ġuridiku applikabbli għal dawk il-persuni ma jkunx jeħtieġ konsolidazzjoni finanzjarja. B’mod partikolari, meta l-persuna fiżika jew ġuridika jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot, jew ikollha l-kapaċità li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-korp maniġerjali jew teżerċita influwenza dominanti fuq persuna oħra, jenħtieġ li l-kondizzjonijiet ta’ kontroll jitqiesu bħala ssodisfati.

(4)

Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati aktar ċirkostanzi li fihom żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar jistgħu jikkostitwixxu riskju wieħed minħabba li waħda minnhom, direttament jew indirettament, ikollha kontroll fuq l-oħra jew oħrajn. B’mod partikolari, meta l-persuna fiżika jew ġuridika jkollha d-dritt jew il-kapaċità li tiddeċiedi dwar l-istrateġija jew dwar tranżazzjonijiet importanti ta’ persuna oħra, jew ikollha d-dritt jew il-kapaċità li tikkoordina l-ġestjoni ta’ persuna ġuridika waħda jew aktar, jenħtieġ li dawk iċ-ċirkostanzi jitqiesu li għandhom influwenza dominanti u b’hekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal riskju wieħed abbażi tal-kontroll.

(5)

Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ċ-ċirkostanzi li tal-anqas jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta tiġi vvalutata d-dipendenza ekonomika għall-fini tad-determinazzjoni ta’ riskju wieħed. Id-dipendenza ekonomika tirrikjedi li r-relazzjoni bejn il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jkollha l-potenzjal li tiskatta diffikultajiet ta’ finanzjament jew ta’ ripagament u ma tkunx tista’ tiġi sostitwita fil-ħin mingħajr ma ġġarrab kostijiet addizzjonali eċċessivi, jiġifieri kostijiet jew dħul imnaqqas li jistgħu jikkawżaw diffikultajiet ta’ ripagament.

(6)

Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi li fihom il-kondizzjonijiet tal-kontroll u tad-dipendenza ekonomika jeżistu flimkien. Għal dak il-għan, jenħtieġ li meta żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar jikkostitwixxu riskju wieħed ibbażat fuq il-kontroll u persuna waħda jew aktar tkun tant interkonnessa mill-qrib u interdipendenti fuq persuna jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra li jkunu ekonomikament dipendenti, dawk il-persuni kollha jikkostitwixxu riskju wieħed ġenerali. Meta jivvalutaw il-koeżistenza tal-kontroll u d-dipendenza ekonomika, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw kull każ separatament, filwaqt li jqisu l-konnessjonijiet possibbli abbażi ta’ ċirkostanzi individwali. Meta persuni li huma parti minn gruppi ta’ kontroll differenti jkunu interkonnessi wkoll permezz tad-dipendenza ekonomika, jenħtieġ li dawk il-persuni kollha jinġabru fi grupp globali wieħed ta’ klijenti konnessi. Jenħtieġ li tali grupp ikun jinkludi l-grupp ta’ kontroll, kwalunkwe persuna jew persuni ekonomikament dipendenti u kwalunkwe persuna jew persuni kkontrollati minn dawk il-persuni ekonomikament dipendenti.

(7)

Sabiex titqies il-possibbiltà li l-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali tista’ tipprekludi l-eżistenza ta’ riskju wieħed, jenħtieġ li istituzzjoni tkun tista’ tippreżenta evidenza adegwata li żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew legali ma jikkostitwux riskju wieħed, minkejja l-issodisfar tal-kondizzjonijiet biex dawk il-persuni jitqiesu bħala klijenti konnessi. F’dawk il-każijiet, l-istituzzjonijiet ma jistgħux jidentifikaw dawk il-persuni bħala grupp ta’ klijenti konnessi.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(9)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1728
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.