1. Żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar għandhom jikkostitwixxu riskju wieħed minħabba li waħda minnhom, direttament jew indirettament, ikollha kontroll fuq l-oħra jew l-oħrajn meta waħda minnhom tkun meħtieġa tħejji rapporti finanzjarji konsolidati li jinkludu lill-oħra jew l-oħrajn f’konformità mal-Artikolu 22(1) u (2) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Standard, IFRS) 10, kif stipulat fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rispettiv.