+Artikolu 1 Relazzjoni ta’ kontroll
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5

Artikolu 1 Relazzjoni ta’ kontroll

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar għandhom jikkostitwixxu riskju wieħed minħabba li waħda minnhom, direttament jew indirettament, ikollha kontroll fuq l-oħra jew l-oħrajn meta waħda minnhom tkun meħtieġa tħejji rapporti finanzjarji konsolidati li jinkludu lill-oħra jew l-oħrajn f’konformità mal-Artikolu 22(1) u (2) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Standard, IFRS) 10, kif stipulat fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rispettiv.

Artikolu 1 2

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal persuni ġuridiċi mhux inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati minħabba eżenzjonijiet jew derogi stabbiliti fid-Direttiva 2013/34/UE jew l-IFRS 10, kif stabbilit fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rispettiv.

Artikolu 1 3

3.   Meta l-paragrafu 1 ma japplikax, żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar għandhom jikkostitwixxu riskju wieħed minħabba li waħda minnhom, direttament jew indirettament, ikollha kontroll fuq l-oħra jew l-oħrajn, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fuq persuna jew persuni oħra;

(b)

il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha d-dritt jew il-kapaċità li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta’ persuna jew persuni oħra;

(c)

il-persuna fiżika jew ġuridika tkun tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq persuna jew persuni oħra skont liġi jew kuntratt, jew dispożizzjonijiet f’memoranda jew artikoli ta’ assoċjazzjoni.

Artikolu 1 4

4.   Meta l-paragrafi 1, 2 jew 3 ma japplikawx, żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu riskju wieħed minħabba li waħda minnhom, direttament jew indirettament, ikollha kontroll fuq l-oħra jew l-oħrajn, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin, iżda mhux limitata għalihom:

(a)

il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha d-dritt jew il-kapaċità li tiddeċiedi dwar l-istrateġija jew li tidderieġi l-attivitajiet ta’ persuna jew persuni oħra;

(b)

il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha d-dritt jew il-kapaċità li tiddeċiedi dwar tranżazzjonijiet importanti, inkluż it-trasferiment ta’ profitti jew telf ta’ persuna jew persuni oħra;

(c)

il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha d-dritt jew il-kapaċità li tikkoordina l-ġestjoni ta’ persuna ġuridika waħda jew aktar.

Artikolu 1 5

5.   B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, meta, f’każijiet eċċezzjonali, istituzzjoni tkun tista’ turi li ma jipprevali l-ebda riskju wieħed, minkejja li ċ-ċirkostanzi msemmija f’dawk il-paragrafi jkunu ġew issodisfati fir-rigward ta’ żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar, l-istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tidentifikax dawk il-persuni bħala grupp ta’ klijenti konnessi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1728
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.