+Artikolu 2 Dipendenza ekonomika
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
|
Artikolu 2 Dipendenza ekonomika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1
|
1. Żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar jikkostitwixxu riskju wieħed minħabba li huma interkonnessi b’mod li, jekk waħda minnhom kellha tesperjenza problemi finanzjarji, b’mod partikolari diffikultajiet ta’ finanzjament jew ta’ ripagament, l-oħra, jew l-oħrajn x’aktarx li wkoll jiltaqgħu ma’ problemi finanzjarji, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin, iżda mhux limitati għalihom:
|
(a)
|
meta l-insolvenza jew l-inadempjenza ta’ persuna fiżika jew ġuridika probabbilment tirriżulta fl-insolvenza jew l-inadempjenza ta’ persuna jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra;
|
|
(b)
|
meta persuna fiżika jew ġuridika tkun iggarantiet b’mod sħiħ jew parzjali l-iskopertura ta’ persuna fiżika jew ġuridika oħra u l-iskopertura tkun tant sinifikanti għall-garanti li l-garanti x’aktarx li jesperjenza problemi finanzjarji jekk issir pretensjoni;
|
|
(c)
|
meta parti sinifikanti mid-dħul gross jew min-nefqiet grossi ta’ persuna fiżika jew ġuridika jkunu derivati minn tranżazzjonijiet ma’ persuna fiżika jew ġuridika oħra li ma jkunux jistgħu jiġu sostitwiti fil-ħin mingħajr ma jġarrbu kostijiet addizzjonali eċċessivi;
|
|
(d)
|
meta parti sinifikanti mill-oġġetti prodotti jew is-servizzi offruti minn persuna fiżika jew ġuridika tinbiegħ jew tiġi fornuta lil persuna fiżika jew ġuridika oħra u dik ir-relazzjoni ma tkunx tista’ tiġi sostitwita fil-ħin mingħajr ma ġġarrab kostijiet addizzjonali eċċessivi;
|
|
(e)
|
meta parti sinifikanti mir-riċevibbli jew mill-obbligazzjonijiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika tkun lejn persuna fiżika jew ġuridika oħra;
|
|
(f)
|
meta s-sors mistenni tal-fondi biex jitħallas lura s-self ta’ żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar ikun l-istess u l-ebda waħda minn dawn il-persuni ma jkollha sors indipendenti ieħor ta’ introjtu li minnu s-self ikun jista’ jinqata’ u jitħallas lura kompletament, u s-sors mistenni tal-fondi ma jkunx jista’ jiġi sostitwit fil-ħin mingħajr ma jġarrbu kostijiet addizzjonali eċċessivi;
|
|
(g)
|
meta l-problemi finanzjarji ta’ persuna fiżika jew ġuridika jkunu mistennija li joħolqu diffikultajiet għal persuna fiżika jew ġuridika oħra biex tħallas lura l-obbligazzjonijiet tagħha b’mod sħiħ u fil-ħin minħabba li l-persuni jkunu legalment jew kuntrattwalment responsabbli b’mod konġunt lejn l-istituzzjoni;
|
|
(h)
|
meta żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar jiddependu fuq l-istess sors għall-maġġoranza tal-finanzjament tagħhom u, fil-każ ta’ insolvenza jew inadempjenza ta’ dak is-sors ta’ finanzjament, dak is-sors ta’ finanzjament ma jistax jiġi sostitwit fil-ħin mingħajr ma jġarrbu kostijiet addizzjonali eċċessivi;
|
|
(i)
|
meta żewġ persuni ġuridiċi jew aktar ikunu ġestiti fuq bażi unifikata kif imsemmi fl-Artikolu 22(7), il-punt (a) tad-Direttiva 2013/34/UE;
|
|
(j)
|
meta l-korp maniġerjali ta’ żewġ persuni ġuridiċi jew aktar ikun jikkonsisti fil-biċċa l-kbira mill-istess persuni kif imsemmi fl-Artikolu 22(7), il-punt (b) tad-Direttiva 2013/34/UE;
|
|
(k)
|
meta l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ żewġ persuni ġuridiċi jew aktar tkun miżmuma mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi.
|
|
|
Artikolu 2 2
|
2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta, f’każijiet eċċezzjonali, istituzzjoni tkun tista’ turi li ma jipprevali l-ebda riskju wieħed minkejja li tiġi ssodisfata ċirkostanza waħda jew aktar imsemmija f’dak il-paragrafu fir-rigward ta’ żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar, l-istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tidentifikax dawk il-persuni bħala grupp ta’ klijenti konnessi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1728
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|