|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.L-awtorità rilevanti għandha tiddetermina l-punteġġ ta’ kull entità rilevanti tal-kampjun bħala l-medja sempliċi tal-punteġġi tal-kategorija soġġett għal punteġġ massimu tal-kategorija ta’ 500 punt bażi għall-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà. Il-punteġġ ta’ kull kategorija, ħlief il-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà tas-servizzi u tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp, għandu jiġi kkalkulat bħala l-medja sempliċi tal-valuri li jirriżultaw mid-diviżjoni ta’ kull valur tal-indikatur ta’ dik il-kategorija bid-denominatur tal-indikatur notifikat mill-ABE. Il-punteġġ għall-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà tas-servizzi u tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp għandu jiġi kkalkolat bħala l-medja ponderata tal-valuri tal-indikaturi ta’ dik il-kategorija. Għal dak il-għan, l-indikaturi għal assijiet f’kustodja skont l-Artikolu 6(3)(a), u għall-attività tal-pagamenti skont l-Artikolu 6(3)(b), għandhom jiġu ppeżati b’mod sħiħ, u l-indikaturi għat-tranżazzjonijiet sottoskritti fis-swieq tad-dejn u tal-ekwità skont l-Artikolu 6(3)(c), u għall-volum ta’ negozjar skont l-Artikolu 6(3)(d), għandhom jiġu ppeżati b’50 %. Il-punteġġi għandhom jiġu espressi f’punti bażi u jiġu mqarrba lejn l-eqreb punt bażi sħiħ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|