+Artikolu 5 L-identifikazzjoni bħala G-SII, id-determinazzjoni tal-punteġġi u l-allokazzjoni għal subkategoriji
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 1a.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 5a.
---+Artikolu 5 5b.
---+Artikolu 5 6.
|
Artikolu 5 L-identifikazzjoni bħala G-SII, id-determinazzjoni tal-punteġġi u l-allokazzjoni għal subkategoriji
L-identifikazzjoni bħala G-SII, id-determinazzjoni tal-punteġġi u l-allokazzjoni għal subkategoriji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Il-valuri tal-indikatur ikunu bbażati fuq dejta rrapportata tal-entità rilevanti ta' tmiem is-sena finanzjarja preċedenti, fuq bażi kkonsolidata, u għal banek awtorizzati f'pajjiżi terzi fuq dejta divulgata f'konformità ma' standards miftiehma internazzjonalment. L-awtoritajiet rilevanti jistgħu jużaw valuri tal-indikatur ta' entitajiet rilevanti li t-tmiem tas-sena finanzjarja tagħhom huwa t-30 ta' Ġunju bbażat fuq il-pożizzjoni tagħhom fil-31 ta' Diċembru.
|
|
Artikolu 5 1a.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, il-valuri tal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 6(1), fl-Artikolu 6(2), punti (a), (b) u (c), u fl-Artikolu 6(4), punti (a) u (b), għandhom jinkludu wkoll sussidjarji tal-assigurazzjoni.
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-awtorità rilevanti għandha tiddetermina l-punteġġ ta’ kull entità rilevanti tal-kampjun bħala l-medja sempliċi tal-punteġġi tal-kategorija soġġett għal punteġġ massimu tal-kategorija ta’ 500 punt bażi għall-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà. Il-punteġġ ta’ kull kategorija, ħlief il-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà tas-servizzi u tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp, għandu jiġi kkalkulat bħala l-medja sempliċi tal-valuri li jirriżultaw mid-diviżjoni ta’ kull valur tal-indikatur ta’ dik il-kategorija bid-denominatur tal-indikatur notifikat mill-ABE. Il-punteġġ għall-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà tas-servizzi u tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp għandu jiġi kkalkolat bħala l-medja ponderata tal-valuri tal-indikaturi ta’ dik il-kategorija. Għal dak il-għan, l-indikaturi għal assijiet f’kustodja skont l-Artikolu 6(3)(a), u għall-attività tal-pagamenti skont l-Artikolu 6(3)(b), għandhom jiġu ppeżati b’mod sħiħ, u l-indikaturi għat-tranżazzjonijiet sottoskritti fis-swieq tad-dejn u tal-ekwità skont l-Artikolu 6(3)(c), u għall-volum ta’ negozjar skont l-Artikolu 6(3)(d), għandhom jiġu ppeżati b’50 %. Il-punteġġi għandhom jiġu espressi f’punti bażi u jiġu mqarrba lejn l-eqreb punt bażi sħiħ.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-inqas punteġġ limitu jkun ta' 130 punt bażi. Is-subkategoriji jiġu allokati kif ġej:
(a)
is-subkategorija 1 tinkludi punteġġi minn 130 sa 229 punt bażi;
(b)
is-subkategorija 2 tinkludi punteġġi minn 230 sa 329 punt bażi;
(c)
is-subkategorija 3 tinkludi punteġġi minn 330 sa 429 punt bażi;
(d)
is-subkategorija 4 tinkludi punteġġi minn 430 sa 529 punt bażi;
(e)
is-subkategorija 5 tinkludi punteġġi minn 530 sa 629 punt bażi.
|
|
Artikolu 5 4.
|
L-awtorità rilevanti tidentifika entità rilevanti bħala G-SII meta l-punteġġ ta' dik l-entità jkun daqs jew ogħla minn l-inqas punteġġ limitu. Deċiżjoni biex tinħatar entità rilevanti bħala G-SII fl-eżerċizzju ta' ġudizzju superviżorju tajjeb skont l-Artikolu 131(10)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta' jekk il-falliment tagħha jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq is-suq finanzjarju globali u l-ekonomija globali.
|
|
Artikolu 5 5.
|
L-awtorità rilevanti talloka G-SII għal subkategorija skont il-punteġġ tagħha. Deċiżjoni biex G-SII tiġi allokata mill-ġdid minn subkategorija baxxa għal waħda iktar għolja fl-eżerċizzju ta' ġudizzju superviżorju tajjeb skont l-Artikolu 131(10)(a), tad-Direttiva 2013/36/UE tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta' jekk il-falliment tagħha jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq is-suq finanzjarju globali u l-ekonomija globali.
|
|
Artikolu 5 5a.
|
L-awtorità rilevanti għandha tiddetermina punteġġ globali addizzjonali għal kull entità rilevanti b’attivitajiet transfruntieri fl-Istati Membri parteċipanti skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
) billi ssegwi l-proċess stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, imma għandha tissostitwixxi l-valuri tal-indikaturi tal-entità rilevanti skont l-Artikolu 6(5)(a) u (b) b’dawk ikkalkolati f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għandha tissostitwixxi d-denominaturi korrispondenti bid-denominaturi riveduti pprovduti mill-ABE. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità rilevanti għandha tqis nazzjonali l-pretensjonijiet u l-passivi kollha fil-konfront tal-kontropartijiet stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. Għall-kategoriji msemmija fl-Artikolu 131(2), il-punti (a) sa (d), tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità rilevanti għandha tqis l-istess valuri tal-indikaturi mhux mibdula rrapportati mill-entità rilevanti u d-denominaturi notifikati mill-EBA.;
|
|
Artikolu 5 5b.
|
Fuq il-bażi tal-punteġġ globali addizzjonali msemmi fil-paragrafu 5a, deċiżjoni ta’ riallokazzjoni ta’ G-SII minn subkategorija ogħla għal subkategorija aktar baxxa, fl-eżerċizzju ta’ ġudizzju superviżorju tajjeb f’konformità mal-Artikolu 131(10)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta’ jekk il-falliment tal-G-SII jkollux impatt negattiv aktar baxx fuq is-suq finanzjarju globali u l-ekonomija globali. Fejn xieraq, din il-valutazzjoni għandha tqis kwalunkwe fehma jew riżerva adottata mill-BCBS f’konformità mal-metodoloġija tagħha disponibbli pubblikament għall-valutazzjoni tal-importanza sistemika ta’ banek globali sistemikament importanti. Il-punteġġ globali addizzjonali msemmi fil-paragrafu 5a jista’ jiddetermina r-riallokazzjoni tal-G-SII mill-awtorità rilevanti għas-subkategorija iktar baxxa li jmiss skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Ir-riallokazzjoni tal-G-SII għal subkategorija aktar baxxa għandha tkun limitata għal massimu ta’ livell wieħed ta’ subkategorija.
|
|
Artikolu 5 6.
|
Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 5b għandhom jiġu appoġġati minn indikaturi anċillari, li ma jkunux indikaturi tal-probabbiltà li l-entità rilevanti tfalli. Tali deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dokumentata sew u verifikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1222
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|