+Artikolu 4 Informazzjoni li tikkonċerna l-likwidità u s-sejbiet superviżorji
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
|
Artikolu 4 Informazzjoni li tikkonċerna l-likwidità u s-sejbiet superviżorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti bl-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
kwalunkwe nuqqasijiet materjali fil-ġestjoni tar-riskji tal-likwidità ta' istituzzjoni li huma magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti u li jistgħu jaffettwaw fergħat, kwalunkwe miżuri ta' sorveljanza relatati li ttieħdu fir-rigward ta' dawk in-nuqqasijiet, u l-grad ta' konformità tal-istituzzjoni ma' dawk il-miżuri superviżorji;
|
|
(b)
|
il-valutazzjoni globali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-profil tar-riskju tal-likwidità ta' istituzzjoni u tal-ġestjoni tar-riskju, b'mod partikolari b'relazzjoni ma' fergħa;
|
|
(c)
|
il-proporzjonijiet ta' istituzzjoni li jindikaw il-pożizzjoni tal-likwidità tagħha u ta' finanzjament stabbli fuq livell nazzjonali jew tal-Unjoni fil-munita domestika tal-istituzzjoni tal-Istat Membru tad-domiċilju u l-muniti l-oħra kollha li huma materjali għall-istituzzjoni;
|
|
(d)
|
il-komponenti tar- riżervi ta' likwidità tal-istituzzjoni;
|
|
(e)
|
il-grad ta' tfixkil tal-assi ta' istituzzjoni;
|
|
(f)
|
il-proporzjon ta' self ta' istituzzjoni mad-depożiti tagħha;
|
|
(g)
|
kwalunkwe proporzjonijiet ta' likwidità domestika li japplikaw għal istituzzjoni bħala parti minn miżuri ta' politika makroprudenzjali mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-awtorità maħtura kemm jekk bħala rekwiżiti vinkolanti, linji gwida, rakkomandazzjonijiet, twissijiet jew mod ieħor, inklużi d-definizzjonijiet ta' dawn il-proporzjonijiet;
|
|
(h)
|
kwalunkwe rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi applikati skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE;
|
|
(i)
|
kwalunkwe ostakli għal trasferiment ta' flus u kollateral lejn jew minn fergħat ta' istituzzjoni.
|
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu warrbu totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjoni skont l-Artikolu 8 ta' dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-livell subkonsolidat jew, skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, fuq il-livell konsolidat.
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Minbarra l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti li jissorveljaw fergħa sinifikanti, l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
il-politika ta' likwidità u ta' finanzjament tal-istituzzjoni, inklużi deskrizzjonijiet tal-arranġamenti għalll-finanzjamenti tal-fergħat tagħha, kwalunkwe arranġamenti ta' appoġġ fi ħdan il-grupp, u proċeduri ta' ġbir ta' fondi ċentralizzati;
|
|
(b)
|
il-pjanijiet ta' kontinġenza ta' likwidità u ta' finanzjament tal-istituzzjoni, inkluża informazzjoni dwar xenarji preżunti ta' stress.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0524
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|