+Artikolu 4 2

Artikolu 4 2

2.   Il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a)

l-Istrumenti l-Oħrajn għandhom jinħarġu direttament jew minn entità inkluża fi ħdan il-konsolidazzjoni tal-grupp skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, diment li bidla fil-kwalità kredizja tal-emittent tal-istrument tista' tkun raġonevolment mistennija li twassal għal bidla simili fil-kwalità kredizja tal-istituzzjoni billi jintużaw l-Istrumenti l-Oħrajn għall-fini ta' remunerazzjoni varjabbli;

(b)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-Istrumenti l-Oħrajn ma jagħtux id-dritt lid-detentur li jħaffef il-pagament skedat tad-distribuzzjonijiet jew il-kapital ħlief fil-każ ta' insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(c)

fi żmien l-għoti tal-Istrumenti l-Oħrajn bħala remunerazzjoni varjabbli, il-perjodu li jifdal qabel il-maturità tal-Istrumenti l-Oħrajn huwa daqs jew jaqbeż is-somma tal-perjodi ta' diferiment u l-perjodi ta' ritenzjoni li japplikaw fir-rigward tal-għoti ta' dawk l-istrumenti;

(d)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument jistipulaw li, malli jseħħ event skattatur, l-ammont prinċipali tal-istrumenti jitniżżel fil-valur fuq bażi permanenti jew temporanja jew l-istrument jiġi konvertit fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(e)

l-event skattatur imsemmi fil-punt (d) iseħħ meta l-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tal-istituzzjoni li toħroġ l-istrument imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun jaqa' taħt wieħed mil-livelli li ġejjin:

(i)

7 %

(ii)

livell ogħla minn 7 %, meta jkun determinat mill-istituzzjoni u speċifikat fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;

(f)

ikun issodisfat wieħed mir-rekwiżiti fil-punt (c) tal-Artikolu 2.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0527
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.