+Artikolu 3 2

Artikolu 3 2

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità:

(a)

il-pożizzjonijiet kollha dwar il-portafolli mhux tan-negozjar minn strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax;

(b)

negozju żgħir tal-portafoll tan-negozjar skont it-tifsira tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) sakemm ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tagħhom ma jinqabadx f’miżura oħra tar-riskju;

(c)

opzjonijiet awtomatiċi u ta’ mġiba;

(d)

obbligi ta’ pensjonijiet u assi ta’ pjanijiet tal-pensjoni sakemm ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tagħhom ma jinqabadx f’miżura tar-riskju oħra;

(e)

il-flussi tal-flus minn strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax, li għandhom jinkludu kwalunkwe ripagament tal-kapital, kwalunkwe pprezzar mill-ġdid tal-kapital u kwalunkwe pagament tal-imgħax relatat;

(f)

rati tal-imgħax massimi u minimi speċifiċi għall-istrumenti.

Għall-fini tal-punt (c), l-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw is-suppożizzjonijiet ewlenin tal-immudellar tal-imġiba ta’ strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax għall-karatteristiki ta’ xenarji differenti tar-rati tal-imgħax filwaqt li jqisu l-limiti ta’ proporzjonalità u ta’ materjalità stabbiliti fl-Artikolu 8(10), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(2) u l-Artikolu 23(1) ta’ r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/857 (6).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0856
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.