1. Informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità ma' rekwiżiti leġiżlattivi jew regolatorji, l-applikazzjoni ta' sorveljanza jew miżuri amministrattivi oħra jew l-impożizzjoni ta' pieni amministrattivi jew kriminali għandhom jiġu pprovduti mingħajr dewmien bla bżonn u mhux aktar tard minn 14-il jum kalendarju wara d-determinazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar is-sitwazzjoni tan-nuqqas ta' konformità, tal-applikazzjoni ta' sorveljanza jew miżura amministrattiva oħra, jew l-impożizzjoni ta' pieni amministrattivi jew kriminali.