+Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
|
Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti tal-investiment, għall-kumpaniji maniġerjali skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
) u għall-maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi skont l-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
).
|
|
Artikolu 1 2.
|
Għall-finijiet tal-Kapitoli II, III u IV ta' din id-Direttiva, ir-referenzi għad-ditti tal-investiment u l-istrumenti finanzjarji għandhom jinkudu l-istituzzjonijiet ta' kreditu u depożiti strutturati relatati mar-rekwiżiti kollha msemmijin fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
Artikolu 1 3.
|
“tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli” tfisser tranżazzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 3 punt (11) tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
) dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid.
|
|
Artikolu 1 4.
|
“fond tas-suq monetarju kwalifikanti” jfisser ditta ta' investiment kollettiv awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, jew li hija soġġetta għal superviżjoni u, jekk applikabbli, awtorizzata minn awtorità skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru li jawtorizza, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-għan primarju ta' investiment tagħha jrid ikun li żżomm il-valur nett tal-assi tad-ditta jew kostanti b'parita (nett mill-qligħ), jew fil-valur tal-kapital inizjali tal-investituri flimkien mal-qligħ;
(b)
trid, bil-għan li tikseb dak l-objettiv ta' investiment primarju, tinvesti esklussivament fi strumenti tas-suq monetarju ta' kwalità għolja b'maturità jew maturità residwa ta' mhux iżjed minn 397 jum, jew aġġustamenti tar-rendiment regolari konsistenti ma' tali maturità, u b'maturità medja ponderata ta' 60 jum. Din tista' tikseb ukoll dan l-objettiv billi tinvesti fuq bażi anċillari f'depożiti ma' istituzzjonijiet tal-kreditu;
(c)
trid tipprovdi likwidità permezz ta' saldu fl-istess jum jew fil-jum ta' wara.
Għall-finijiet tal-punt (b), strument tas-suq monetarju għandu jitqies li huwa ta' kwalità għolja jekk il-kumpanija maniġerjali/ta' investiment twettaq il-valutazzjoni proprja dokumentata tal-kwalità tal-kreditu tal-istrumenti tas-suq monetarju li tippermettiha tqis strument tas-suq monetarju bħala ta' kwalità għolja. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda jew iktar irreġistrata u taħt superviżjoni tal-ESMA tkun tat klassifikazzjoni tal-istrument, il-valutazzjoni interna tal-kumpanija maniġerjali/ta' investiment għandha tqis, inter alia, dawk il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.
|
|
Artikolu 1 5.
|
“fatturi tas-sostenibbiltà” tfisser fatturi tas-sostenibbiltà kif definiti fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L0593
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|