|
+Artikolu 1 4. |
Artikolu 1 4.“fond tas-suq monetarju kwalifikanti” jfisser ditta ta' investiment kollettiv awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, jew li hija soġġetta għal superviżjoni u, jekk applikabbli, awtorizzata minn awtorità skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru li jawtorizza, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-għan primarju ta' investiment tagħha jrid ikun li żżomm il-valur nett tal-assi tad-ditta jew kostanti b'parita (nett mill-qligħ), jew fil-valur tal-kapital inizjali tal-investituri flimkien mal-qligħ;
(b)
trid, bil-għan li tikseb dak l-objettiv ta' investiment primarju, tinvesti esklussivament fi strumenti tas-suq monetarju ta' kwalità għolja b'maturità jew maturità residwa ta' mhux iżjed minn 397 jum, jew aġġustamenti tar-rendiment regolari konsistenti ma' tali maturità, u b'maturità medja ponderata ta' 60 jum. Din tista' tikseb ukoll dan l-objettiv billi tinvesti fuq bażi anċillari f'depożiti ma' istituzzjonijiet tal-kreditu;
(c)
trid tipprovdi likwidità permezz ta' saldu fl-istess jum jew fil-jum ta' wara. Għall-finijiet tal-punt (b), strument tas-suq monetarju għandu jitqies li huwa ta' kwalità għolja jekk il-kumpanija maniġerjali/ta' investiment twettaq il-valutazzjoni proprja dokumentata tal-kwalità tal-kreditu tal-istrumenti tas-suq monetarju li tippermettiha tqis strument tas-suq monetarju bħala ta' kwalità għolja. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda jew iktar irreġistrata u taħt superviżjoni tal-ESMA tkun tat klassifikazzjoni tal-istrument, il-valutazzjoni interna tal-kumpanija maniġerjali/ta' investiment għandha tqis, inter alia, dawk il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|