|
+Artikolu 10 2. |
Artikolu 10 2.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment ikollhom arranġamenti adegwati għall-governanza tal-prodott biex jiżguraw li l-prodotti u s-servizzi li biħsiebhom joffru jew jirrakkomandaw ikunu kompatibbli mal-ħtiġijiet, mal-karatteristiċi u mal-objettivi, inkluż ma’ kwalunkwe objettiv relatat mas-sostenibbiltà, ta’ suq fil-mira identifikat u li l-istrateġija maħsuba għad-distribuzzjoni tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat. Id-ditti ta’ investiment għandhom jidentifikaw u jivvalutaw b’mod xieraq iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet tal-klijenti li biħsiebhom jiffokaw fuqhom, biex jiġi żgurat li l-interessi tal-klijenti ma jkunux kompromessi b’riżultat ta’ pressjonijiet kummerċjali jew ta’ finanzjament. Bħala parti minn dan il-proċess, id-ditti tal-investiment għandhom jidentifikaw kwalunkwe grupp ta’ klijenti li l-prodott jew is-servizz ma jkunx kompatibbli mal-ħtiġijiet, mal-karatteristiċi u mal-objettivi tiegħu, ħlief jekk l-istrumenti finanzjarji jqisu l-fatturi tas-sostenibbiltà. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jiksbu mill-manifatturi li huma soġġetti għad-Direttiva 2014/65/UE, informazzjoni sabiex jiksbu l-fehim u l-għarfien meħtieġ tal-prodotti li beħsiebhom jirrakkomandaw jew ibigħu sabiex jiżguraw li dawn il-prodotti sejrin jiġu distribwiti skont il-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tas-suq fil-mira identifikat, L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jiżguraw li jiksbu wkoll informazzjoni adegwata u affidabbli mill-manifatturi mhux soġġetti għad-Direttiva 2014/65/UE biex jiżguraw li l-prodotti sejrin jiġu distribwiti skont il-karatteristiċi, l-objettivi u l-ħtiġijiet tas-suq fil-mira. Meta l-informazzjoni rilevanti ma tkunx pubblikament disponibbli, id-distributur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jikseb din l-informazzjoni rilevanti mill-manifattur jew l-aġent tiegħu. Informazzjoni disponibbli pubblikament li hija aċċettabbli hija informazzjoni li hija ċara, affidabbli u prodotta biex tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji, bħar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni skont id-Direttiva 2003/71/KE ( 6 ) jew 2004/109/KE ( 7 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan l-obbligu huwa rilevanti għall-prodotti li jinbiegħu fis-swieq primarji u sekondarji u għandu japplika b'mod proporzjonat, skont il-grad safejn tista' tinkiseb l-informazzjoni disponibbli pubblikament u l-kumplessità tal-prodott. Id-ditti tal-investiment għandhom jużaw l-informazzjoni miksuba mill-manifatturi u l-informazzjoni dwar il-klijenti tagħhom stess biex jidentifikaw is-suq fil-mira u l-istrateġija tad-distribuzzjoni. Meta ditta tal-investiment taġixxi kemm bħala manifattur kif ukoll bħala distributur, tkun meħtieġa valutazzjoni tas-suq fil-mira waħda biss. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|