+Artikolu 10 Obbligi ta' governanza tal-prodotti għad-distributuri
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
---+Artikolu 10 9.
---+Artikolu 10 10.

Artikolu 10 Obbligi ta' governanza tal-prodotti għad-distributuri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment, meta jiddeċiedu dwar il-firxa ta' strumenti finanzjarji li jemettu huma stess jew ditti u servizzi oħrajn li beħsiebhom joffru jew jirrakkomandaw lill-klijenti, jikkonformaw, b'mod li huwa xieraq u proporzjonat, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 10, waqt li titqies n-natura tal-istrument finanzjarju, is-servizz ta' investiment u s-suq fil-mira għall-prodott.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE meta joffru jew jirrakkomandaw strumenti finanzjarji mmanifatturati minn entitajiet li jkunux soġġetti għad-Direttiva 2014/65/UE. Bħala parti minn dan il-proċess, dawn id-ditti tal-investiment għandhom ikollhom arranġamenti effettivi biex jiżguraw li jiksbu informazzjoni suffiċjenti dwar dawn l-istrumenti finanzjarji minn dawn il-manifatturi.

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddeterminaw is-suq fil-mira għall-istrument finanzjarju rispettiv, anke jekk is-suq fil-mira ma ġiex iddefinit mill-manifattur.

Artikolu 10 2.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment ikollhom arranġamenti adegwati għall-governanza tal-prodott biex jiżguraw li l-prodotti u s-servizzi li biħsiebhom joffru jew jirrakkomandaw ikunu kompatibbli mal-ħtiġijiet, mal-karatteristiċi u mal-objettivi, inkluż ma’ kwalunkwe objettiv relatat mas-sostenibbiltà, ta’ suq fil-mira identifikat u li l-istrateġija maħsuba għad-distribuzzjoni tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat. Id-ditti ta’ investiment għandhom jidentifikaw u jivvalutaw b’mod xieraq iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet tal-klijenti li biħsiebhom jiffokaw fuqhom, biex jiġi żgurat li l-interessi tal-klijenti ma jkunux kompromessi b’riżultat ta’ pressjonijiet kummerċjali jew ta’ finanzjament. Bħala parti minn dan il-proċess, id-ditti tal-investiment għandhom jidentifikaw kwalunkwe grupp ta’ klijenti li l-prodott jew is-servizz ma jkunx kompatibbli mal-ħtiġijiet, mal-karatteristiċi u mal-objettivi tiegħu, ħlief jekk l-istrumenti finanzjarji jqisu l-fatturi tas-sostenibbiltà.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jiksbu mill-manifatturi li huma soġġetti għad-Direttiva 2014/65/UE, informazzjoni sabiex jiksbu l-fehim u l-għarfien meħtieġ tal-prodotti li beħsiebhom jirrakkomandaw jew ibigħu sabiex jiżguraw li dawn il-prodotti sejrin jiġu distribwiti skont il-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tas-suq fil-mira identifikat,

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jiżguraw li jiksbu wkoll informazzjoni adegwata u affidabbli mill-manifatturi mhux soġġetti għad-Direttiva 2014/65/UE biex jiżguraw li l-prodotti sejrin jiġu distribwiti skont il-karatteristiċi, l-objettivi u l-ħtiġijiet tas-suq fil-mira. Meta l-informazzjoni rilevanti ma tkunx pubblikament disponibbli, id-distributur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jikseb din l-informazzjoni rilevanti mill-manifattur jew l-aġent tiegħu. Informazzjoni disponibbli pubblikament li hija aċċettabbli hija informazzjoni li hija ċara, affidabbli u prodotta biex tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji, bħar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni skont id-Direttiva 2003/71/KE ( 6 ) jew 2004/109/KE ( 7 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan l-obbligu huwa rilevanti għall-prodotti li jinbiegħu fis-swieq primarji u sekondarji u għandu japplika b'mod proporzjonat, skont il-grad safejn tista' tinkiseb l-informazzjoni disponibbli pubblikament u l-kumplessità tal-prodott.

Id-ditti tal-investiment għandhom jużaw l-informazzjoni miksuba mill-manifatturi u l-informazzjoni dwar il-klijenti tagħhom stess biex jidentifikaw is-suq fil-mira u l-istrateġija tad-distribuzzjoni. Meta ditta tal-investiment taġixxi kemm bħala manifattur kif ukoll bħala distributur, tkun meħtieġa valutazzjoni tas-suq fil-mira waħda biss.

Artikolu 10 3.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment, meta jiddeċiedu dwar il-firxa ta' strumenti u servizzi finanzjarji li joffru jew jirrakkomandaw u s-swieq fil-mira rispettivi, ikollhom proċeduri u miżuri sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti kollha applikabbli skont id-Direttiva 2014/65/UE inklużi dawk relatati mad-divulgazzjoni, il-valutazzjoni tal-idoneità jew l-adegwatezza, l-inċentivi u l-ġestjoni xierqa tal-kunflitti ta' interess. F'dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari meta d-distributuri jkollhom l-intenzjoni li joffru jew jirrakkomandaw prodotti ġodda jew meta jkun hemm varjazzjonijiet fis-servizzi illi joffru.
Artikolu 10 4.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jirrieżaminaw u jaġġornaw perjodikament l-arranġamenti ta' governanza tal-prodotti tagħhom sabiex jiżguraw li dawn jibqgħu robusti u adatti għall-iskop tagħhom, u li jieħdu l-azzjonijiet xierqa fejn dawn huma meħtieġa.
Artikolu 10 5.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ investiment jirrieżaminaw il-prodotti ta’ investiment li joffru jew jirrakkomandaw, filwaqt li jqisu kwalunkwe avveniment li jista’ materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat. Id-ditti għandhom mill-inqas jivvalutaw jekk il-prodott jew is-servizz jibqax konsistenti mal-ħtiġijiet, mal-karatteristiċi u mal-objettivi, inkluż ma’ kwalunkwe objettiv relatat mas-sostenibbiltà, tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija maħsuba għad-distribuzzjoni tibqax xierqa. Id-ditti għandhom jikkunsidraw mill-ġdid is-suq fil-mira u/jew jaġġornaw l-arranġamenti ta’ governanza tal-prodotti jekk isiru jafu li identifikaw ħażin is-suq fil-mira għal prodott jew servizz speċifiku jew li l-prodott jew is-servizz ma għadux jissodisfa ċ-ċirkostanzi tas-suq fil-mira identifikat, pereżempju jekk il-prodott isir illikwidu jew volatili ħafna minħabba bidliet fis-suq.
Artikolu 10 6.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-funzjoni tal-konformità tagħhom tissorvelja l-iżvilupp u r-rieżami perjodiku tal-arranġamenti ta' governanza tal-prodotti sabiex jiskopru kwalunkwe riskju ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu.
Artikolu 10 7.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-persunal rilevanti jkollu l-kompetenza meħtieġa biex jifhem il-karatteristiċi u r-riskji tal-prodotti li għandhom l-intenzjoni li joffru jew jirrakkomandaw u s-servizzi pprovduti kif ukoll il-ħtiġijiet, il-karatteristiċi u l-objettivi tas-suq fil-mira identifikat.
Artikolu 10 8.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-korp maniġerjali jkollu kontroll effettiv fuq il-proċess ta' governanza tal-prodotti tad-ditta biex jiddeterminaw il-firxa ta' prodotti ta' investiment li joffru jew jirrakkomandaw u s-servizzi pprovduti lis-swieq fil-mira rispettivi. Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li r-rapporti dwar il-konformità lill-korp maniġerjali jinkludu sistematikament l-informazzjoni dwar il-prodotti li joffru jew jirrakkomandaw u s-servizzi pprovduti. Ir-rapporti dwar il-konformità għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti jekk dawn jitolbuhom.
Artikolu 10 9.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri jipprovdu l-manifatturi bl-informazzjoni dwar il-bejgħ u, fejn xieraq, l-informazzjoni dwar ir-rieżamijiet imsemmijin hawn fuq biex isostnu r-rieżamijiet tal-prodotti mwettqa mill-manifatturi.
Artikolu 10 10.

Meta ditti differenti jaħdmu flimkien fid-distribuzzjoni ta' prodott jew servizz, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditta tal-investiment li għandha relazzjoni diretta mal-klijent ikollha r-responsabbiltà aħħarija biex tissodisfa l-obbligi ta' governanza tal-prodotti stabbiliti f'dan l-Artikolu. Madankollu, id-ditti tal-investiment intermedjarji għandhom:

(a) 

jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-prodotti rilevanti tiġi mgħoddija mill-manifattur lid-distributur finali fil-katina;

(b) 

jekk il-manifattur jeħtieġ informazzjoni dwar il-bejgħ tal-prodotti sabiex ikun konformi mal-obbligi ta' governanza tal-prodotti tiegħu stess, jgħinuh jikseb it-tali informazzjoni; u

(c) 

japplikaw l-obbligi ta' governanza tal-prodotti għall-manifatturi, kif rilevanti, fir-rigward tas-servizz li jipprovdu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L0593
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.