|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Il-kontropartijiet għandhom jikklerjaw il-kuntratti kollha tad-derivati li jappartjenu għal klassi ta’ derivati OTC li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 5(2), jekk dawn il-kuntratti jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikunu ġew konklużi b’wieħed minn dawn il-modi:
(i)
bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1);
(ii)
bejn kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) u kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
(iii)
bejn żewġ kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
(iv)
bejn, minn naħa waħda, kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) jew kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), u, min-naħa l-oħra, entità stabbilita f'pajjiż terz li kieku kienet stabbiltà fl-Unjoni kienet tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar;
(v)
bejn żewġ entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz wieħed jew f’iktar minn wieħed li jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, sakemm l-kuntratt għandu effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew fejn obbligu bħal dan huwa meħtieġ jew adegwat biex tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament; u
(b)
dawn jiġu konklużi jew innovati fid-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jieħu effett, jew aktar tard dment li, fid-data meta jiġu konklużi jew innovati, iż-żewġ kontropartijiet jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fil-punt (a). L-obbligu li jiġu kklerjati l-kuntratti tad-derivati OTC kollha ma għandux japplika għal kuntratti konklużi fis-sitwazzjonijiet kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(iv), bejn, fuq naħa waħda, kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1), jew kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u, min-naħa l-oħra, arranġament ta’ skema tal-pensjoni stabbilit f’pajjiż terz u li jopera fuq bażi nazzjonali, dment li jkun awtorizzat, taħt superviżjoni u rikonoxxut skont il-liġi nazzjonali, u meta l-iskop primarju tiegħu jkun li jipprovdi benefiċċji tal-irtirar u jkun eżenti mill-obbligu tal-ikklerjar skont dik il-liġi nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|