|
+Artikolu 6b 1. |
Artikolu 6b 1.Meta CCP tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP maħtura skont l-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament jew l-awtorità kompetenti deżinjata f’konformità mal-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament jistgħu fuq l-inizjattiva proprja tagħhom jew fuq talba tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ membru tal-ikklirjar tas-CCP taħt riżoluzzjoni, titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklirjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament għall-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-CCP taħt riżoluzzjoni tkun awtorizzata sabiex tikklirja l-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar li għalihom tintalab is-sospensjoni; u
(b)
is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni b’rabta mar-riżoluzzjoni tas-CCP, u dik is-sospensjoni tkun proporzjonata għal dawk l-għanijiet. It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ dak is-subparagrafu huma ssodisfati. L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi ppreżentata t-talba lill-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|