+Artikolu 7c Informazzjoni dwar il-provvista ta’ servizzi tal-ikklerjar
---+Artikolu 7c 1.
---+Artikolu 7c 2.
---+Artikolu 7c 3.
---+Artikolu 7c 4.
|
Artikolu 7c Informazzjoni dwar il-provvista ta’ servizzi tal-ikklerjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7c 1.
|
Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar kemm f’CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 kif ukoll f’CCP rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom, meta l-offerta tkun disponibbli, dwar il-possibbiltà li jikklerjaw il-kuntratti tagħhom permezz ta’ CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14.
|
|
Artikolu 7c 2.
|
Minkejja l-Artikolu 4(3a), il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar lill-klijenti għandhom jiżvelaw, b’mod ċar u li jinftiehem, għal kull CCP li fiha jipprovdu servizzi tal-ikklerjar, it-tariffi li għandhom jiġu imposti fuq tali klijenti għall-forniment ta’ servizzi tal-ikklerjar u kwalunkwe tariffa oħra imposta inkluż tariffi imposti fuq klijenti li jgħaddu l-kostijiet, u kostijiet assoċjati oħrajn relatati mal-forniment ta’ servizzi tal-ikklerjar.
|
|
Artikolu 7c 3.
|
Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:
(a)
meta jistabbilixxu relazzjoni tal-ikklerjar tal-klijenti ma’ klijent; u
(b)
mill-inqas fuq bażi trimestrali.
|
|
Artikolu 7c 4.
|
L-AETS għandha, wara li tkun ikkonsultat mal-ABE, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar it-tip ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|