|
+Artikolu 11 3a. |
Artikolu 11 3a.B’deroga mill-paragrafu 3, l-opzjonijiet single-stock u l-opzjonijiet tal-indiċi ta’ ekwità mhux ikklerjati minn CCP m’għandhomx ikunu soġġetti għal proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju li jkunu jirrikjedu l-iskambju f’waqtu, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral. Għall-fini tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS, f’kooperazzjoni mal-ABE u l-AEAPX, għandha timmonitorja:
(a)
żviluppi regolatorji f’ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tat-trattament ta’ opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità;
(b)
l-impatt tad-deroga kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha; u
(c)
l-iżvilupp ta’ skoperturi f’opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità mhux ikklerjati minn CCP. Mill-inqas kull tliet snin mill-24 ta’ Diċembru 2024, l-AETS, f’kooperazzjoni mal-ABE u l-AEAPX, għandha tirrapporta lill-Kummissjoni s-sejbiet li jirriżultaw mill-monitoraġġ tagħha msemmi fit-tieni subparagrafu. Fi żmien sena mid-data tal-wasla tar-rapport imsemmi fit-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk:
(a)
l-iżviluppi internazzjonali wasslu għal aktar konverġenza fit-trattament ta’ opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità; u
(b)
id-deroga stipulata fl-ewwel subparagrafu tipperikolax l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex temenda dan ir-Regolament billi tirrevoka d-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu wara perjodu ta’ adattament. Il-perjodu ta’ adattament ma għandux jaqbeż is-sentejn. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|