+Artikolu 11 Tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 3a.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.
---+Artikolu 11 10.
---+Artikolu 11 11.
---+Artikolu 11 12.
---+Artikolu 11 12a.
---+Artikolu 11 13.
---+Artikolu 11 14.
---+Artikolu 11 15.
|
Artikolu 11 Tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li jikkonkludu kuntratt tad-derivati OTC mhux ikklerjat minn kontroparti ċentrali, għandhom jiżguraw waqt li jeżerċitaw d-diliġenza xierqa, li jkun hemm proċeduri u arranġamenti xierqa fis-seħħ għall-kejl, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskju operattiv u tal-kreditu tal-kontroparti, inklużi mill-inqas:
(a)
il-konferma fil-ħin, meta disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, tat-termini tal-kuntratt tad-derivati OTC rilevanti;
(b)
proċessi formalizzati li huma robusti, reżiljenti u awditjabbli sabiex jiġu rikonċiljati l-portafolji, sabiex jiġi mmaniġjat ir-riskju assoċjat u sabiex jiġu identifikati tilwimiet bejn il-partijiet fi stadju bikri u sabiex jiġu riżolti, u sabiex jiġi mmonitorat il-valur tal-kuntratti pendenti.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10 għandhom ta’ kuljum jipprezzaw skont il-valur fis-suq il-kuntratti pendenti. Meta l-kundizzjonijiet tas-suq ma jippermettux l-ipprezzar skont il-valur fis-suq, għandu jintuża l-ipprezzar affidabbli u prudenti skont il-mudell. Kontroparti mhux finanzjarja li ssir soġġetta għall-obbligi stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ dawk l-obbligi fi żmien erba’ xhur min-notifika msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a). Kontroparti mhux finanzjarja għandha tiġi eżentata minn dawk l-obbligi għal kuntratti konklużi matul l-erba’ xhur wara dik in-notifika.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Il-kontropartijiet finanzjarji għandu jkollhom proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju fil-ħin, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi fi jew wara s-16 ta’ Awwissu 2012. Il-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10 għandu jkollhom proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju fil-ħin, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi fi jew wara li jkun inqabeż il-livell limitu tal-ikklerjar. Kontroparti mhux finanzjarja li ssir soġġetta għall-obbligi stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ dawk l-obbligi fi żmien erba’ xhur min-notifika msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a). Kontroparti mhux finanzjarja għandha tiġi eżentata minn dawk l-obbligi għal kuntratti konklużi matul l-erba’ xhur wara dik in-notifika. Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom qabel ma jużaw, jew jadottaw bidla għal, mudell għall-kalkolu tal-marġni inizjali fir-rigward tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Meta japplikaw għal awtorizzazzjoni, dawk il-kontropartijiet għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, permezz tal-bażi ta’ data ċentrali, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar dawk il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu jew jirrifjutaw tali awtorizzazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu l-applikazzjoni għal mudell ġdid jew fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-applikazzjoni għal bidla f’mudell diġà awtorizzat. Meta l-mudell imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkun ibbażat fuq mudell pro forma, il-kontroparti għandha tapplika lill-ABE għall-validazzjoni ta’ dak il-mudell u għandha tipprovdi lill-ABE l-informazzjoni rilevanti kollha msemmija f’dak is-subparagrafu permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Barra minn hekk, il-kontroparti għandha tipprovdi lill-ABE l-informazzjoni dwar l-ammont nozzjonali pendenti msemmi fil-paragrafu 12a ta’ dan l-Artikolu permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Meta l-mudell imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkun ibbażat fuq mudell pro forma, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni biss meta l-mudell pro forma jkun ġie vvalidat mill-ABE. L-ABE, f’kooperazzjoni mal-AETS u mal-AEAPX, tista’ toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet bil-għan li tiżgura l-applikazzjoni u l-proċess ta’ awtorizzazzjoni uniformi tal-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 11 3a.
|
B’deroga mill-paragrafu 3, l-opzjonijiet single-stock u l-opzjonijiet tal-indiċi ta’ ekwità mhux ikklerjati minn CCP m’għandhomx ikunu soġġetti għal proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju li jkunu jirrikjedu l-iskambju f’waqtu, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral. Għall-fini tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS, f’kooperazzjoni mal-ABE u l-AEAPX, għandha timmonitorja:
(a)
żviluppi regolatorji f’ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tat-trattament ta’ opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità;
(b)
l-impatt tad-deroga kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha; u
(c)
l-iżvilupp ta’ skoperturi f’opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità mhux ikklerjati minn CCP.
Mill-inqas kull tliet snin mill-24 ta’ Diċembru 2024, l-AETS, f’kooperazzjoni mal-ABE u l-AEAPX, għandha tirrapporta lill-Kummissjoni s-sejbiet li jirriżultaw mill-monitoraġġ tagħha msemmi fit-tieni subparagrafu. Fi żmien sena mid-data tal-wasla tar-rapport imsemmi fit-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk:
(a)
l-iżviluppi internazzjonali wasslu għal aktar konverġenza fit-trattament ta’ opzjonijiet ta’ stokk uniku u opzjonijiet tal-indiċi tal-ekwità; u
(b)
id-deroga stipulata fl-ewwel subparagrafu tipperikolax l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex temenda dan ir-Regolament billi tirrevoka d-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu wara perjodu ta’ adattament. Il-perjodu ta’ adattament ma għandux jaqbeż is-sentejn.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Il-kontropartijiet finanzjarji għandhom iżommu ammont adatt u proporzjonat ta’ kapital biex jamministraw ir-riskju mhux kopert bl-iskambju adatt ta’ kollateral.
|
|
Artikolu 11 5.
|
Ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika għal tranżazzjoni intragrupp kif imsemmi fl-Artikolu 3 konkluża ma’ kontropartijiet li jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru sakemm ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi tagħhom jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
|
|
Artikolu 11 6.
|
Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a), (b) jew (c) konkluża ma’ kontropartijiet li jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva taż-żewġ awtoritajiet kompetenti rilevanti, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;
(b)
ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jirnexxilhomx jaslu għal deċiżjoni pożittiva fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tasal l-applikazzjoni għall-eżenzjoni, l-AETS tista’ tassisti lill-dawk l-awtoritajiet sabiex jilħqu ftehim b’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontropartijiet mhux finanzjarji li huma stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;
(b)
ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
Il-kontropartijiet mhux finanzjarji jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li japplikaw l-eżenzjoni lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni għandha tkun valida sakemm waħda mill-awtoritajiet kompetenti notifikati ma taqbilx li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.
|
|
Artikolu 11 8.
|
Tranżazzjoni intragrupp imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a) sa (d) konkluża ma’ kontroparti li hi stabbilita fl-Unjoni u kontroparti li hi stabbilita f’ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva tal-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti li hi stabbilita fl-Unjoni, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;
(b)
ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
|
|
Artikolu 11 9.
|
Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontroparti mhux finanzjarja li hija stabbilita fl-UE u kontroparti li hija stabbilita f’ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;
(b)
ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tapplika l-eżenzjoni lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni għandha tkun valida sakemm l-awtoritajiet kompetenti notifikati ma tjaqblu li hija sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.
|
|
Artikolu 11 10.
|
Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontroparti mhux finanzjarja u kontroparti finanzjarja li jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit imniżżel fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva tal-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti finanzjarja, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;
(b)
ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.
L-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti finanzjarja għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni bħal din lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni tkun valida sakemm l-awtorità kompetenti notifikata ma taqbilx li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS tista’ tgħin lil dawk l-awtoritajiet jilħqu qbil f’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 11 11.
|
Il-kontroparti ta’ tranżazzjoni intragrupp li ġiet eżentata mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 għandha tagħmel pubblika informazzjoni dwar l-eżenzjoni. Awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS dwar kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragraf 6, 8 jew 10 jew kwalunkwe notifika li ġiet riċevuta skont il-paragraf 7, 9 jew 10 u għandha tagħti lill-AETS id-dettalji tat-tranżazzjoni intragrupp ikkonċernata.
|
|
Artikolu 11 12.
|
L-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 sa 11 għandhom japplikaw għal kuntratti tad-derivati OTC konklużi bejn entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal dawn l-obbligi jekk ikunu ġew stabbiliti fl-Unjoni, sakemm dawn il-kuntratti jkollhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew fejn dan l-obbligu jkun meħtieġ jew adegwat biex tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 11 12a.
|
L-ABE għandha tistabbilixxi funzjoni ta’ validazzjoni ċentrali għall-elementi u l-aspetti ġenerali tal-mudelli pro forma, u l-bidliet fihom, użati jew li għandhom jintużaw mill-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10 għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-ABE għandha tiġbor feedback mill-AETS, l-AEAPX, u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontropartijiet bl-użu tal-mudelli pro forma soġġetti għal validazzjoni, inkluż dwar il-prestazzjoni ta’ dawk il-mudelli pro forma, u għandha tikkoordina l-fehmiet tagħhom bil-għan li jiġi żviluppat kunsens dwar l-elementi u l-aspetti ġenerali tal-mudelli pro forma. L-ABE għandha sservi bħala l-punt ewlieni ta’ kuntatt għad-diskussjonijiet mal-parteċipanti fis-suq u l-iżviluppaturi ta’ dawk il-mudelli pro forma. Fir-rwol tagħha ta’ validatur ċentrali, l-ABE għandha tivvalida l-elementi u l-aspetti ġenerali ta’ dawk il-mudelli pro forma, inklużi l-kalibrazzjoni, id-disinn u l-kopertura tal-istrumenti, tal-klassijiet tal-assi u tal-fatturi ta’ riskju. L-ABE għandha tagħti jew tirrifjuta tali validazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni għall-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu, għal mudell pro forma ġdid u fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni għal bidla f’mudell diġà vvalidat. Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol ta’ validazzjoni tal-ABE, l-iżviluppaturi tal-mudelli pro forma għandhom, fuq talba tal-ABE, jissottomettu lill-ABE l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa. L-ABE għandha tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fil-proċessi ta’ awtorizzazzjoni tagħhom rigward l-aspetti ġenerali tal-implimentazzjoni tal-mudelli skont il-paragrafu 3. Għal dak l-għan, l-ABE għandha tħejji rapport annwali dwar l-aspetti rilevanti tal-ħidma ta’ validazzjoni tagħha, inkluża l-verifika tal-kalibrazzjoni tal-mudelli skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-analiżi tal-kwistjonijiet irrapportati. Fejn tqis li jkun meħtieġ, l-ABE għandha toħroġ, f’kooperazzjoni mal-AETS u l-AEAPX, rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 indirizzati lil dawk l-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jassistu lill-ABE fl-abbozzar tar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ABE, fuq talba tagħha, l-informazzjoni miġbura matul il-proċess ta’ awtorizzazzjoni inizjali u kontinwu tagħhom fil-livell tal-entità tal-mudelli skont il-paragrafu 3, jew bidliet fihom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu unikament responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-mudelli skont il-paragrafu 3, jew għal bidliet għalihom, fil-livell tal-entità taħt superviżjoni. L-ABE għandha titlob tariffa annwali, għal kull mudell pro forma, mingħand il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10(1) bl-użu tal-mudelli pro forma vvalidati mill-ABE skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ABE l-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li jimplimentaw mudelli soġġetti għall-proċess ta’ validazzjoni skont l-ewwel subparagrafu. It-tariffa għandha tkun proporzjonata għall-ammont nozzjonali pendenti medju fix-xahar ta’ derivati OTC ikklerjati mhux ċentralment matul l-aħħar 12-il xahar tal-kontropartijiet ikkonċernati bl-użu tal-mudelli pro forma vvalidati mill-ABE u għandha tiġi assenjata biex tkopri l-kostijiet kollha mġarrba mill-ABE għat-twettiq tal-kompiti tagħha f’konformità mal-ewwel subparagrafu. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “mudell pro forma” tfisser mudell ta’ marġni inizjali stabbilit, ippubblikat u rivedut permezz ta’ inizjattivi mmexxija mis-suq. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex tissuplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi:
(a)
il-metodu għad-determinazzjoni tal-ammont tat-tariffi; u
(b)
il-modalitajiet tal-ħlas tat-tariffi.
|
|
Artikolu 11 13.
|
L-AETS għandha tissorvelja regolarment l-attività fid-derivati mhux eliġibbli għall-ikklerjar biex tidentifika l-każijiet fejn klassi partikolari ta’ derivati tista’ tkun ta’ riskju sistemiku u biex tevita l-arbitraġġ regolatorju bejn tranżazzjonijiet tad-derivati kklerjati u mhux ikklerjati. B’mod partikolari, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta l-BERS tieħu azzjoni skont l-Artikolu 5(3) jew terġa’ teżamina l-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti marġni stipulati fil-paragrafu 14 ta’ dan l-Artikolu, u fl-Artikolu 41.
|
|
Artikolu 11 14.
|
Bil-għan li tiżgura applikazzjoni konsisteni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tabbozza standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
il-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1;
(b)
il-kundizzjonijiet tas-suq li jipprojbixxu t-tranżazzjonijiet minn suq għal suq u l-kriterji għall-użu tal-ipprezzar skont il-mudell imsemmi fil-paragrafu 2;
(c)
id-dettalji tat-tranżazzjonijiet intragruppi eżentati li għandhom jiġu inklużi fin-notifika msemmija fil-paragrafi 7, 9 u 10;
(d)
id-dettalji tal-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intragruppi eżentati msemmija fil-paragrafu 11;
(e)
il-kuntratti li huma meqjusa li għandhom effett dirett, sustanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew il-każi meta jkun neċessarju jew xieraq biex tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fil-paragrafu 12;
L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 11 15.
|
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz komuni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
▼M12
(a)
il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż il-livelli u t-tip ta' kollateral u l-arranġamenti tas-segregazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;
▼M18
(aa)
il-proċeduri superviżorji, biex tiġi żgurata l-validazzjoni inizjali u kontinwa tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 3 applikati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE u d-ditti tal-investiment awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE li għandhom, jew jappartjenu għal grupp li għandu, ammont nozzjonali medju pendenti fix-xahar ta’ derivati OTC ikklerjati mhux ċentralment ta’ mill-inqas EUR 750 biljun, ikkalkulati f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu żviluppati mill-ASE f’konformità ma’ dan il-paragrafu;
▼M10
(b)
il-proċeduri għall-kontrapartijiet u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li għandhom jiġu segwiti fl-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet skont il-paragrafi 6 sa 10;
(c)
il-kriterji applikabbli msemmija fil-paragrafi 5 sa 10 inkluż, b’mod partikulari, x’għandu jitqies bħala impediment prattiku jew legali għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji u għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontrapartijiet.
Il-livell u t-tip ta’ kollateral meħtieġ fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni skont it-tifsira ta’ [dan ir-Regolament] u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 18, u fl-Artikoli 19 sa 22 jew fl-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni kwalunkwe xkiel affaċċjat fl-iskambju tal-kollateral fir-rigward ta’ arranġamenti kollaterali eżistenti fil-bond kopert jew it-titolizzazzjoni. L-ESAs għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, ħlief għal dawk imsemmija fil-punt (aa) tal-ewwel subparagrafu, lill-Kummissjoni sat-18 ta' Lulju 2018. L-ABE, f’kooperazzjoni mal-AETS, għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (aa), lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Skont in-natura legali tal-kontroparti, is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu b’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|