+Artikolu 14 Awtorizzazzjoni ta’ kontroparti ċentrali
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
|
Artikolu 14 Awtorizzazzjoni ta’ kontroparti ċentrali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Meta persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni tkun beħsiebha tipprovdi servizzi ta’ kklerjar bħala kontroparti ċentrali, din għandha tapplika għal awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita (l-awtorità kompetenti tall-kontroparti ċentrali), skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Ladarba l-awtorizzazzjoni tingħata b’konformità mal-Artikolu 17, din tkun effettiva fit-territorju kollu tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 14 3.
|
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata għas-servizzi u għall-attivitajiet marbuta mal-ikklerjar u għandha tispeċifika s-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom is-CCP tkun awtorizzata li tipprovdi jew twettaq servizzi ta’ kklerjar, inklużi l-klassijiet tad-derivati, titoli, strumenti finanzjarji jew strumenti mhux finanzjarji oħrajn koperti minn tali awtorizzazzjoni. Entità li tapplika għal awtorizzazzjoni bħala CCP sabiex tikklerja l-istrumenti finanzjarji għandha tinkludi fl-applikazzjoni tagħha l-klassijiet ta’ strumenti mhux finanzjarji adattati għall-ikklerjar li tali CCP tkun beħsiebha tikklerja.
|
|
Artikolu 14 4.
|
Kontroparti ċentrali għandha tikkonforma f’kull ħin mal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-awtorizzazzjoni. Kontroparti ċentrali għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla materjali li taffetwa il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 14 5.
|
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli jadottaw jew ikomplu japplikaw, fir-rigward ta’ kontropartijiet ċentrali stabbiliti fit-territorju tagħhom, rekwiżiti addizzjonali inklużi ċerti rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2006/48/KE.
|
|
Artikolu 14 6.
|
L-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-lista ta’ dokumenti meħtieġa li għandhom jakkumpanjaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u biex tispeċifika l-informazzjoni li tali dokumenti għandu jkun fihom bil-għan li jintwera li s-CCP applikanti tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament. L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 14 7.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format elettroniku tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li għandha tiġi sottomessa lill-bażi tad-data ċentrali. L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|