|
+Artikolu 18 4. |
Artikolu 18 4.Il-kulleġġ għandu, mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, jiżgura:
(a)
il-preparazzjoni tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 19;
(b)
l-iskambju tal-informazzjoni, inklużi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 84;
(c)
ftehim dwar kif jiġu fdati b’mod volontarju l-kompiti fost il-membri tiegħu;
(d)
il-koordinament ta’ programmi ta’ eżami prudenzjali bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-kontroparti ċentrali; u
(e)
id-determinazzjoni ta’ proċeduri u pjanijiet ta’ kontinġenza sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, kif imsemmija fl-Artikolu 24. Il-kopresidenti għandhom jiddeċiedu d-dati li fihom jiltaqa’ l-kulleġġ u jistabbilixxu l-aġenda ta’ tali laqgħat. Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti assenjati lill-kulleġġi skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-membri tal-kulleġġ imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu intitolati li jikkontribwixxu għall-iffissar ta’ aġenda tal-laqgħat tal-kulleġġ, b’mod partikolari billi jżidu punti fl-aġenda ta’ laqgħa, b’kont meħud l-eżitu tal-ħidma mwettqa mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|