+Artikolu 20 Irtirar tal-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
|
Artikolu 20 Irtirar tal-awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(3), awtorità kompetenti ta’ CCP għandha tirtira l-awtorizzazzjoni sħiħa, jew ta’ parti minnha, meta s-CCP:
(a)
ma tkunx għamlet użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar;
(b)
ma tkunx għamlet użu minn awtorizzazzjoni għal servizz jew attività tal-ikklerjar fi klassi ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji oħra jew strumenti mhux finanzjarji, fi żmien 12-il xahar mid-data meta ngħatat l-awtorizzazzjoni jew mid-data meta s-CCP tkun offriet l-aħħar tali servizz jew attività tal-ikklerjar;
(c)
tirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni;
(d)
ma tkun ipprovdiet l-ebda servizz jew ma tkun wettqet l-ebda attività għat-12-il xahar preċedenti fi klassi ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji oħra jew strumenti mhux finanzjarji koperti minn awtorizzazzjoni;
(e)
tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi tkun għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor;
(f)
ma tkunx għadha konformi mal-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni u ma tkunx ħadet l-azzjoni ta’ rimedju fiż-żmien stabbilit; jew
(g)
tkun kisret serjament u sistematikament kwalunkwe waħda mir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 20 2.
|
Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP tirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP skont il-paragrafu 1, hija tista’ tillimita tali rtirar tal-awtorizzazzjoni għal servizz jew attività tal-ikklerjar partikolari fi klassi waħda jew aktar ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji oħra jew strumenti mhux finanzjarji.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Qabel ma l-awtorità kompetenti tas-CCP tieħu deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP b’mod sħiħ jew parzjali, inkluż għal servizz tal-ikklerjar jew attività waħda jew aktar fi klassi waħda jew aktar ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji oħra jew strumenti mhux finanzjarji skont il-paragrafu 1, hija għandha, f’konformità mal-Artikolu 17b, titlob l-opinjoni tal-AETS u tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, dwar il-ħtieġa li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni, b’mod sħiħ jew parzjali, tas-CCP, ħlief meta d-deċiżjoni tkun meħtieġa b’mod urġenti.
|
|
Artikolu 20 4.
|
L-AETS jew kwalunkwe membru tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jistgħu, fi kwalunkwe mument, jitolbu li l-awtorità kompetenti tas-CCP teżamina jekk is-CCP tkunx għadha konformi mal-kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 20 5.
|
Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP tieħu deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP b’mod sħiħ jew parzjali, inkluż għal servizz jew attività tal-ikklerjar waħda jew aktar fi klassi waħda jew aktar ta’ derivati, titoli, strumenti finanzjarji jew strumenti mhux finanzjarji oħra, dik id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-Unjoni kollha u l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lis-CCP, permezz tal-bażi ta’ data ċentrali, mingħajr dewmien żejjed.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|