|
+Artikolu 23b 1. |
Artikolu 23b 1.L-AETS għandha tistabbilixxi Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għall-eżerċitar tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 2. Il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għandu jkun magħmul minn:
(a)
rappreżentanti tal-AETS;
(b)
rappreżentanti tal-ABE u tal-AEAPX;
(c)
rappreżentanti tal-BERS u tal-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilu f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013; u
(d)
rappreżentanti tal-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti minbarra l-euro li fihom huma denominati l-kuntratti tad-derivati msemmija fl-Artikolu 7a(6). Minbarra l-entitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tad-denominazzjoni tal-kuntratti tad-derivati msemmija fl-Artikolu 7a(6), għajr dawk elenkati fil-punt (d) ta’ dak it-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jissorveljaw l-obbligu skont l-Artikolu 7a, limitat għal wieħed għal kull Stat Membru, u l-Kummissjoni, jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ bħala osservaturi. L-AETS għandha timmaniġġja u tippresjedi l-laqgħat tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ. Il-President tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ jista’, fuq talba tal-membri l-oħrajn tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ jew fuq inizjattiva tal-President, jistieden lil awtoritajiet oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat meta jkun rilevanti għas-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|