+Artikolu 23b Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ
---+Artikolu 23b 1.
---+Artikolu 23b 2.
---+Artikolu 23b 3.
---+Artikolu 23b 4.
---+Artikolu 23b 5.
---+Artikolu 23b 6.
---+Artikolu 23b 7.
---+Artikolu 23b 8.
|
Artikolu 23b Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23b 1.
|
L-AETS għandha tistabbilixxi Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għall-eżerċitar tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 2. Il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għandu jkun magħmul minn:
(b)
rappreżentanti tal-ABE u tal-AEAPX;
(c)
rappreżentanti tal-BERS u tal-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilu f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013; u
(d)
rappreżentanti tal-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti minbarra l-euro li fihom huma denominati l-kuntratti tad-derivati msemmija fl-Artikolu 7a(6).
Minbarra l-entitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tad-denominazzjoni tal-kuntratti tad-derivati msemmija fl-Artikolu 7a(6), għajr dawk elenkati fil-punt (d) ta’ dak it-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jissorveljaw l-obbligu skont l-Artikolu 7a, limitat għal wieħed għal kull Stat Membru, u l-Kummissjoni, jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ bħala osservaturi. L-AETS għandha timmaniġġja u tippresjedi l-laqgħat tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ. Il-President tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ jista’, fuq talba tal-membri l-oħrajn tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ jew fuq inizjattiva tal-President, jistieden lil awtoritajiet oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat meta jkun rilevanti għas-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi.
|
|
Artikolu 23b 2.
|
Il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għandu:
(a)
jimmonitorja l-implimentazzjoni fil-livell aggregat tal-Unjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7a u 7c, inklużi dawn kollha li ġejjin:
(i)
l-iskoperturi ġenerali u t-tnaqqis tal-iskoperturi għal servizzi tal-ikklerjar sostanzjalment u sistematikament importanti identifikati skont l-Artikolu 25(2c);
(ii)
l-iżviluppi relatati mal-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14 u l-aċċess għall-ikklerjar mill-klijenti għal tali kontropartijiet ċentrali, inklużi t-tariffi imposti minn tali kontropartijiet ċentrali għall-istabbiliment ta’ kontijiet skont l-Artikolu 7a u kwalunkwe tariffa imposta mill-membri tal-ikklerjar lill-klijenti tagħhom għall-istabbiliment ta’ kontijiet u għat-twettiq tal-ikklerjar skont l-Artikolu 7a;
(iii)
żviluppi sinifikanti oħrajn fil-prattiki tal-ikklerjar li għandhom impatt fuq il-livell tal-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14;
(b)
jimmonitorja l-implikazzjonijiet transfruntiera tar-relazzjonijiet tal-ikklerjar tal-klijenti, inklużi l-portabbiltà u l-interdipendenzi u l-interazzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti ma’ infrastrutturi oħrajn tas-suq finanzjarju;
(c)
jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-kontropartijiet ċentrali li jiffokaw fuq ir-riskji tal-likwidità, tal-kreditu u operattivi li jikkonċernaw lill-kontropartijiet ċentrali, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti;
(d)
jidentifika r-riskji ta’ konċentrazzjoni, b’mod partikolari fl-ikklerjar tal-klijenti, minħabba l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, inkluż fejn diversi kontropartijiet ċentrali, membri tal-ikklerjar jew klijenti jużaw l-istess fornituri ta’ servizzi;
(e)
jimmonitorja l-effettività tal-miżuri mmirati lejn it-titjib tal-attraenza tal-kontropartijiet ċentrali tal-Unjoni, filwaqt li jinkoraġġixxi l-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali tal-Unjoni u jtejjeb il-monitoraġġ tar-riskji transfruntiera.
Il-korpi li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkooperaw u jikkondividu l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettqu l-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Meta dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli għall-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7a(9), l-awtorità kompetenti rilevanti tal-kontropartijiet ċentrali awtorizzati, il-membri tal-ikklerjar tagħhom u l-klijenti tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa li tippermetti lill-AETS u lill-korpi l-oħrajn li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ iwettqu l-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 23b 3.
|
Meta awtorità kompetenti rilevanti ma jkollhiex l-informazzjoni mitluba, hija għandha tesiġi li s-CCPs awtorizzati, il-membri tal-ikklerjar tagħhom jew il-klijenti tagħhom jipprovdu dik l-informazzjoni. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tittrasmetti tali informazzjoni lill-AETS mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 23b 4.
|
Soġġett għall-qbil tal-awtorità kompetenti rilevanti, l-AETS tista’ titlob ukoll l-informazzjoni direttament mill-entità rilevanti. L-AETS għandha tgħaddi l-informazzjoni kollha li tirċievi mingħand dik l-entità lill-awtorità kompetenti rilevanti mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 23b 5.
|
It-talbiet għal informazzjoni lis-CCPs għandhom jiġu skambjati permezz tal-bażi ta’ data ċentrali.
|
|
Artikolu 23b 6.
|
L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mal-korpi l-oħrajn li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-attivitajiet tagħha skont il-paragrafu 2. Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet potenzjali fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji orizzontali identifikati.
|
|
Artikolu 23b 7.
|
L-AETS għandha taġixxi f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 f’każ li, abbażi tal-informazzjoni riċevuta bħala parti mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u wara d-diskussjonijiet li saru fih, l-AETS:
(a)
tqis li l-awtoritajiet kompetenti qed jonqsu milli jiżguraw il-konformità tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7a; jew
(b)
tidentifika riskju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni minħabba allegat ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.
Qabel ma taġixxi f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-AETS tista’ toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 23b 8.
|
Meta l-AETS, abbażi tal-informazzjoni riċevuta bħala parti mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u wara d-diskussjonijiet li saru fih, tqis li l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7a ma tiżgurax b’mod effettiv it-tnaqqis tal-iskopertura eċċessiva tal-membri tal-ikklerjar tal-Unjoni u tal-klijenti għall-kontropartijiet ċentrali tal-Grad 2, hija għandha tirrieżamina l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 7a(8), u, fejn meħtieġ, tistabbilixxi perjodu ta’ adattament xieraq li ma jaqbiżx it-12-il xahar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|