|
+Artikolu 25 6. |
Artikolu 25 6.Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, li jiddetermina li:
(a)
l-arranġamenti ġuridiċi u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li s-CCPs awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw fuq bażi kontinwa ma’ rekwiżiti ġuridikament vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament;
(b)
dawk is-CCPs ikunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa;
(c)
il-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta’ CCPs awtorizzati taħt reġimi legali ta’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta l-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għat-twettiq effettiv ta’ kwalunkwe rekwiżit stabbilit fih minn pajjiż terz fuq bażi kontinwa u għall-kapaċità li l-AETS effettivament twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti skont il-paragrafi 2 u 2b jew b’rabta mal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 6b, inkluż permezz tal-approvazzjoni u l-applikazzjoni tal-arranġamenti dwar il-kooperazzjoni msemmijin fil-paragrafu 7. Meta jkun fl-interessi tal-Unjoni u meta jitqiesu r-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni minħabba l-parteċipazzjoni mistennija tal-membri tal-ikklerjar u taċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni f’CCPs stabbiliti f’pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, irrispettivament minn jekk il-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu jkunx ġie ssodisfat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|