|
+Artikolu 25 7a. |
Artikolu 25 7a.Meta l-AETS tkun għadha ma ddeterminatx il-gradazzjoni ta’ CCP jew meta l-AETS tkun iddeterminat li s-CCPs kollha jew uħud minnhom f’pajjiż terz rilevanti jkunu CCPs tal-Grad 1, l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 għandhom iqisu r-riskju li jinvolvi l-forniment ta’ servizzi tal-ikklerjar minn dawk is-CCPs u għandhom jispeċifikaw:
(a)
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi annwali bejn l-AETS, il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, sabiex l-AETS tkun tista’:
(i)
tiżgura li s-CCP tikkonforma mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent skont il-paragrafu 2;
(ii)
tidentifika kwalunkwe impatt materjali potenzjali fuq il-likwidità tas-suq jew fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha; u
(iii)
timmonitorja l-attivitajiet tal-ikklerjar f’wieħed jew aktar mis-CCPs stabbiliti f’tali pajjiż terz minn membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni, jew li huma parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata fl-Unjoni;
(b)
b’mod eċċezzjonali, il-mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni fuq bażi trimestrali li jitlob informazzjoni dettaljata li tkopri l-aspetti msemmija fil-paragrafu 2a, u b’mod partikolari informazzjoni dwar bidliet sinifikanti fil-mudelli u l-parametri tar-riskju, dwar l-estensjoni tal-attivitajiet u s-servizzi tas-CCPs u dwar il-bidliet fl-istruttura tal-kont tal-klijent, bil-għan li jiġi identifikat jekk CCP hijiex potenzjalment qrib li ssir jew potenzjalment x’aktarx li ssir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha kif ukoll il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-iżviluppi tas-suq li jista’ jkollhom konsegwenzi fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;
(c)
il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-AETS meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li CCP taħt is-superviżjoni tagħha tkun qed tikser il-kundizzjonijietonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew liġi oħra li għaliha tkun soġġetta;
(d)
il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-AETS mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz meta s-CCP tal-pajjiż terz li tkun taħt superviżjoni minn dik l-awtorità kompetenti jkollha l-intenzjoni li testendi jew tnaqqas l-attivitajiet jew is-servizzi tal-ikklerjar tagħha;
(e)
il-proċeduri neċessarji għall-monitoraġġ effettiv tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji f’pajjiż terz;
(f)
il-proċeduri għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jinformaw lill-AETS, lill-kulleġġ tas-CCP ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c u lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CCP rikonoxxuta, inklużi żviluppi fis-swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed mill-Istati Membri tagħha u l-proċeduri u l-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-indirizzar ta’ tali sitwazzjonijiet;
(g)
il-proċeduri għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jiżguraw l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet adottati mill-AETS f’konformità mal-Artikoli 25f, 25j, l-Artikolu 25k(1), il-punt (b), u l-Artikoli 25l, 25m u 25p;
(h)
il-kunsens tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għall-kondiviżjoni suċċessiva ta’ kwalunkwe informazzjoni li jkunu pprovdew lill-AETS skont l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 u mal-membri tal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi, soġġett għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 83. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|