|
+Artikolu 25b 1. |
Artikolu 25b 1.L-AETS ser tkun responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għas-superviżjoni fuq bażi kontinwa tal-konformità ta’ CCPs tal-Grad 2 rikonoxxuti mar-rekwiżiti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 25(2b). Fir-rigward tad-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54, l-AETS għandha tikkonsulta lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) f’konformità mal-Artikolu 24b(1). L-AETS għandha titlob minn kull CCP tal-Grad 2 dawn kollha li ġejjin:
(a)
konferma, mill-anqas fuq bażi annwali, li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b), il-punti (a), (c) u (d), għadhom qegħdin jiġu ssodisfati;
(b)
informazzjoni u data fuq bażi regolari sabiex jiġi żgurat li l-AETS tkun tista’ twettaq superviżjoni tal-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b), il-punt (a). Fejn bank ċentrali tal-ħruġ imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jikkunsidra li CCP tal-Grad 2 ma tibqax tissodisfa l-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 25(2b), huwa għandu jinnotifika minnufih lill-AETS. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|